Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 16

Kif tistaʼ tkampa mal-ansjetà?

“Ixħet toqlok fuq Ġeħova, u jsostnik. Hu qatt ma jħalli lill-ġust jogħtor.”

Salm 55:22

“Il-pjanijiet tal-ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih, imma kulmin jgħaġġel żgur li jiġi fil-bżonn.”

Proverbji 21:5

“Tibżax, għax jien miegħek. Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek. Jien inqawwik. Jien ngħinek verament. Jien inżommok sod tassew b’idi l-leminija tas-sewwa.”

Isaija 41:10

“Min minnkom billi jkun ansjuż jistaʼ jtawwal għomru mqar bi ftit?”

Mattew 6:27

“Għalhekk, qatt tkunu ansjużi dwar l-għada, għax l-għada se jkollu l-ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-ħażen tagħha.”

Mattew 6:34

‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’

Filippin 1:10

“Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.”

Filippin 4:6, 7