Ġoel 2:1-32

2  “Doqqu qarn f’Sijon,+ O rġiel, u għajtu għajta tal-gwerra+ fuq il-muntanja qaddisa tiegħi.+ Ħa jinfixlu+ l-abitanti kollha taʼ l-art; għax ġej il-jum taʼ Ġeħova,+ għax hu qrib!  Dan hu jum taʼ dlam u swidija,+ jum taʼ sħab u dlam ċappa, bħad-dawl taż-żerniq mifrux fuq il-muntanji.+ “Hemm poplu numeruż u setgħan;+ qatt* qabel m’eżista wieħed bħalu,+ u ma jerġaʼ jkun hemm ħadd iktar warajh sas-snin kollha taʼ ġenerazzjoni wara l-oħra.  Quddiemu nar qed jiblaʼ+ u warajh fjamma qed taħraq.+ Bħall-ġnien taʼ l-Għeden l-art qiegħda quddiemu;+ imma warajh hemm xagħri abbandunat, u xejn ma jkun hemm li jaħrablu.  “Id-dehra tiegħu hi bħad-dehra taż-żwiemel, u bħaż-żwiemel tal-ġiri, hekk ikompli jlebbet.+  Bħall-ħoss tal-karrijiet fuq il-qċaċet tal-muntanji jibqaʼ jaqbeż,+ bħall-ħoss taʼ nar iħeġġeġ li qed jiblaʼ t-tiben.*+ Hu bħal poplu setgħan, imqassam għall-battalja.+  Minħabba fih, popli sħaħ ikollhom uġigħ kbir.+ Inkwantu għall-uċuħ kollha, dawn isiru ħomor nar bl-ansjetà.+  “Bħal irġiel setgħanin jiġru.+ Bħal gwerriera jitilgħu maʼ sur. U jmorru kull wieħed fi triqatu stess, u ma jbiddlux il-mogħdijiet tagħhom.+  U ma jimbottawx lil xulxin. Bħal raġel b’saħħtu fi triqtu, jibqgħu sejrin; u jekk xi wħud jaqgħu saħansitra qalb il-vleġeġ, l-oħrajn ma jwarrbux minn triqithom.  “Jidħlu jiġru fil-belt. Jiġru fuq is-sur. Jitilgħu fuq id-djar. Jidħlu mit-twieqi bħal xi ħalliel. 10  Quddiemu l-art theżżet, is-smewwiet triegħdu. Ix-xemx u l-qamar iddallmu,+ u l-kwiekeb tilfu d-dija tagħhom.+ 11  U Ġeħova se jsemmaʼ leħnu+ quddiem il-qawwa militari tiegħu,+ għax il-kamp tiegħu hu ħafna fl-għadd.+ Għax dak li qed iwettaq kelmtu hu setgħan; għax jum Ġeħova hu kbir+ u jqanqal biżaʼ kbir, u min jistaʼ jiflaħ għalih?”+ 12  “U għalhekk issa,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “ejjew lura għandi b’qalbkom kollha,+ u bis-sawm,+ bil-biki, u bl-ilfiq.+ 13  U ċarrtu qlubkom,+ u mhux ħwejjiġkom;+ u ejjew lura lejn Ġeħova Alla tagħkom, għax hu grazzjuż u ħanin,+ bil-mod biex jirrabja+ u għani fil-qalb tajba bl-imħabba,+ u żgur li jiddispjaċih minħabba l-gwaj.+ 14  Min jaf jekk idurx lura u jekk, fil-fatt, jiddispjaċihx+ u jħalli barka warajh,+ offerta tal-qmuħ u offerta tax-xorb għal Ġeħova Alla tagħkom? 15  “Doqqu qarn f’Sijon, O rġiel.+ Iddikjaraw żmien taʼ sawm.+ Sejħu assemblea solenni flimkien.+ 16  Iġimgħu n-nies flimkien. Qaddsu l-kongregazzjoni.+ Iġimgħu x-xjuħ flimkien. Iġimgħu flimkien it-tfal u t-trabi li jerdgħu mis-sider.+ Ħa joħroġ l-għarus mill-kamra taʼ ġewwa tiegħu, u l-għarusa mill-kamra tagħha. 17  “Bejn il-loġġa u l-artal+ ħalli l-qassisin, il-ministri taʼ Ġeħova, jibku u jgħidu, ‘Tħassar, O Ġeħova, lill-poplu tiegħek, u tħallix li l-wirt tiegħek jiġi mżeblaħ,+ biex il-ġnus jaħkmu fuqu. Għala għandhom jgħidu fost il-popli: “Fejn hu Alla tagħhom?”’+ 18  U Ġeħova se jkun għajjur għal artu+ u jagħder lill-poplu tiegħu.+ 19  U Ġeħova se jwieġeb u jgħid lill-poplu tiegħu, ‘Ara! Qed nibagħtilkom il-qmuħ u l-inbid ġdid u ż-żejt, u intom żgur li tixbgħu bihom;+ u m’iniex se nħallikom iktar tiġu mżebilħin fost il-ġnus.+ 20  U lil tat-tramuntana+ se nbiegħdu minnkom, u fil-fatt se nitfgħu f’art bla ilma u f’art abbandunata, b’wiċċu lejn il-baħar tal-lvant+ u l-warrani tiegħu lejn il-baħar tal-punent.+ U l-intiena minnu titlaʼ ’l fuq, u r-riħa tinten minnu tibqaʼ tielgħa ’l fuq;+ għax Alla, fil-fatt, se jagħmel affarijiet kbar.’ 21  “Tibżax, O art. Ifraħ u thenna; għax Ġeħova, fil-fatt, se jagħmel affarijiet kbar.+ 22  Tibżgħux, intom il-bhejjem tar-rabaʼ,+ għax il-mergħat tax-xagħri se jħaddru.+ Għax is-siġar se jagħtu l-frott tagħhom.+ Is-siġra tat-tin u d-dielja se jagħtu l-frott tagħhom bis-sħiħ.+ 23  U intom, ulied Sijon, ifirħu u thennew b’Ġeħova Alla tagħkom;+ għax żgur li se jagħtikom ix-xita tal-ħarifa bil-qjies xieraq,+ u se jibgħat fuqkom ħalba xita, xita tal-ħarifa u xita tar-rebbiegħa, bħal qabel.+ 24  U l-qigħan tad-dris ikunu mimlijin qmuħ, u l-btieti jfuru bl-inbid ġdid u biż-żejt.+ 25  U npattilkom għal dak li kielu matul is-snin il-ġurat, il-ġurat li jitkaxkar, il-wirdiena, u x-xagħat, il-qawwa militari kbira tiegħi li bgħatt fostkom.+ 26  U intom tieklu, tieklu u tixbgħu,+ u żgur li tfaħħru isem Ġeħova Alla tagħkom,+ li mexa magħkom b’mod tant taʼ l-għaġeb;+ u l-poplu tiegħi qatt iktar ma jkollu minn xiex jistħi.+ 27  U jkollkom tkunu tafu li jien qiegħed f’nofs Israel,+ u li jien Ġeħova Alla tagħkom u m’hemm ħadd ħliefi.+ U l-poplu tiegħi qatt iktar ma jkollu minn xiex jistħi. 28  “U wara dan irid iseħħ li jien inferraʼ l-ispirtu tiegħi+ fuq kull xorta taʼ bnedmin,+ u wliedkom subien u bniet+ jipprofetizzaw. U x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolm. U ż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet. 29  U saħansitra fuq il-qaddejja rġiel u nisa nferraʼ l-ispirtu tiegħi f’dawk il-jiem.+ 30  “U nagħmel għeġubijiet fis-smewwiet+ u fuq l-art, demm u nar u kolonni tad-duħħan.+ 31  Ix-xemx tinbidel fi dlam,+ u l-qamar f’demm,+ qabel il-miġja tal-jum il-kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-biżaʼ.+ 32  U jrid iseħħ li kulmin isejjaħ isem Ġeħova jsalva;+ għax fuq il-Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm se jkun hemm il-maħrubin,+ sewwasew bħalma qal Ġeħova, u fost dawk li jsalvaw, li lilhom Ġeħova qed isejjaħ.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “minn żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt. F’versi 26 u 27 ukoll.
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-nota taʼ taħt.