Eżekjel 42:1-20

42  U ħariġni+ lejn il-bitħa taʼ barra min-naħa tat-tramuntana.+ U ħadni fil-binja tal-kmamar taʼ l-ikel+ li kienet quddiem il-wesgħa separata+ u quddiem il-bini lejn it-tramuntana.  Mal-faċċata li kienet twila mitt kubitu kien hemm id-daħla tat-tramuntana, u l-wisaʼ kienet ħamsin kubitu.  Quddiem il-wesgħa t’għoxrin kubitu tal-bitħa taʼ ġewwa+ u quddiem il-paviment+ tal-bitħa taʼ barra kien hemm kuritur+ faċċata taʼ kuritur fi tliet sulari.  U quddiem il-kmamar taʼ l-ikel kien hemm passaġġ wiesaʼ għaxar kubiti għal ġewwa,+ mogħdija taʼ kubitu, u d-daħliet tagħhom kienu lejn it-tramuntana.  U, inkwantu għall-bini, il-kmamar taʼ l-ikel taʼ fuqnett kienu idjaq, għax il-kurituri kienu jieħdu minnhom, iktar minn dawk taʼ taħtnett u minn tan-nofs.  Għax kienu fi tliet sulari,+ u ma kellhomx kolonni bħall-kolonni tal-btieħi. Kien għalhekk li ttieħed iktar spazju taʼ l-art mis-sular taʼ fuq milli minn dak taʼ taħtnett u tan-nofs.  U l-ħajt tal-ġebel li kien fuq barra kien ħdejn il-kmamar taʼ l-ikel mal-bitħa taʼ barra u quddiem il-kmamar taʼ l-ikel l-oħrajn. It-tul tiegħu kien ħamsin kubitu.  Għax it-tul tal-kmamar taʼ l-ikel li kienu mal-bitħa taʼ barra kien ħamsin kubitu, u quddiem it-tempju kien mitt kubitu.  U fl-ewwel sular tal-binja tal-kmamar taʼ l-ikel kien hemm daħla lejn il-lvant, li wieħed setaʼ jidħol għalihom mill-bitħa taʼ barra. 10  Fil-wisaʼ tal-ħajt tal-ġebel tal-bitħa li kien lejn il-lvant, quddiem il-wesgħa separata+ u quddiem il-bini, kien hemm il-kmamar taʼ l-ikel.+ 11  U kien hemm mogħdija quddiemhom li kienet bħal tal-kmamar taʼ l-ikel li kienu lejn it-tramuntana,+ u t-tul u l-wisaʼ tagħhom kienu l-istess; u l-postijiet kollha tal-ħruġ kienu l-istess, u l-pjanti tagħhom kienu l-istess u d-daħliet tagħhom kienu l-istess. 12  U bħad-daħliet tal-kmamar taʼ l-ikel li kienu lejn in-nofsinhar hekk kienet id-daħla f’ras il-mogħdija, il-mogħdija quddiem il-ħajt tal-ġebel taʼ pariġġ u li kien lejn il-lvant, meta wieħed jidħol għalihom.+ 13  U qalli: “Il-kmamar taʼ l-ikel tat-tramuntana u l-kmamar taʼ l-ikel tan-nofsinhar li huma quddiem il-wesgħa separata,+ dawn huma l-kmamar taʼ l-ikel qaddisin, fejn il-qassisin li jersqu lejn+ Ġeħova jieklu l-affarijiet l-iktar imqaddsin.+ Hemmhekk iqiegħdu l-affarijiet l-iktar imqaddsin u l-offerta tal-qmuħ u l-offerta għad-dnub u l-offerta għall-ħtija, għax il-post hu qaddis.+ 14  Meta dawn, il-qassisin, ikunu daħlu, ma jerġgħux joħorġu mill-post qaddis għall-bitħa taʼ barra mingħajr ma jħallu hemmhekk l-ilbiesi li s-soltu jaqdu bihom,+ għax dawn huma xi ħaġa qaddisa. Huma jilbsu lbiesi oħrajn,+ u mbagħad jersqu lejn dak li għandu x’jaqsam man-nies.” 15  U spiċċa jkejjel id-dar taʼ ġewwa, u ħariġni barra billi għaddieni mill-bieb li jħares lejn il-lvant,+ u ħa xi qisien madwar il-post. 16  Kejjel in-naħa tal-lvant bil-qasba tal-kejl. Kienet ħames mitt qasba, skond il-qasba tal-kejl,+ id-dawra kollha. 17  Kejjel in-naħa tat-tramuntana, ħames mitt qasba, skond il-qasba tal-kejl, id-dawra kollha. 18  In-naħa tan-nofsinhar kejjilha wkoll, ħames mitt qasba, skond il-qasba tal-kejl. 19  U dar lejn in-naħa tal-punent u kejjel ħames mitt qasba, skond il-qasba tal-kejl. 20  Kejjel l-erbaʼ naħat. Kien hemm ħajt dawramejt,+ b’tul taʼ ħames mitt qasba u wisaʼ taʼ ħames mitt qasba,+ biex jifred dak li hu qaddis minn dak li hu profan.+

Noti taʼ taħt