Isaija 56:1-12

56  Hekk qal Ġeħova: “Ħarsu l-ġustizzja,+ u agħmlu dak li hu sewwa.+ Għax is-salvazzjoni tiegħi dalwaqt ġejja,+ u s-sewwa tiegħi dalwaqt jinkixef.+  Hieni l-bniedem mortali li jagħmel dan,+ u bin il-bniedem li jżomm sod maʼ dan,+ billi jħares is-Sabat sabiex ma jkasbrux,+ u jżomm idu sabiex ma jagħmel ebda tip taʼ ħażen.+  U ħa ma jgħidx il-barrani li ntrabat maʼ Ġeħova,+ ‘Ġeħova żgur se jifridni minn mal-poplu tiegħu.’+ U lanqas l-ewnuku+ m’għandu jgħid, ‘Ara! Jien siġra niexfa.’”  Għax hekk qal Ġeħova lill-ewnuċi li jħarsu s-Sabatijiet tiegħi u li għażlu dak li jien tgħaxxaqt bih+ u li qed iżommu sod mal-patt tiegħi:+  “Saħansitra lilhom se nagħtihom f’dari+ u ’l ġewwa mis-swar tiegħi monument+ u isem,+ xi ħaġa aħjar minn ulied subien u bniet.+ Nagħtihom isem għal żmien indefinit,+ wieħed li mhux se jispiċċa.+  “U lill-barranin li ntrabtu maʼ Ġeħova biex jaqduh+ u biex iħobbu l-isem taʼ Ġeħova,+ sabiex isiru qaddejja tiegħu, dawk kollha li qed iħarsu s-Sabat sabiex ma jkasbruhx u qed iżommu sod mal-patt tiegħi,+  se nġibhom ukoll lejn il-muntanja qaddisa tiegħi+ u nferraħhom fid-dar tiegħi tat-talb.+ L-offerti sħaħ tal-ħruq+ u s-sagrifiċċji tagħhom+ se jiġu aċċettati fuq l-artal tiegħi.+ Għax dari tissejjaħ dar tat-talb għall-popli kollha.”+  Il-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, li qed jiġbor flimkien lill-imxerrdin taʼ Israel,+ hija: “Se niġborlu flimkien oħrajn minbarra dawk li diġà nġabrulu.”+  Intom l-annimali salvaġġi kollha tar-rabaʼ, ejjew kulu, intom l-annimali salvaġġi kollha fil-foresta.+ 10  L-għassiesa tiegħu huma għomja.+ Ħadd minnhom ma ta kas.+ Ilkoll kemm huma klieb imbikkmin; ma jistgħux jinbħu,+ imma jilhġu, jimteddu, u jħobbu jonogħsu.+ 11  Huma klieb li ruħhom xewqana+ għall-aħħar; qatt ma jixbgħu.+ Huma wkoll rgħajja li qatt ma tgħallmu jifhmu.+ Ilkoll kemm huma daru lejn triqithom, kull wieħed għall-qligħ inġust mill-fruntiera tiegħu:+ 12  “Ejjew! Ħa nġib ftit inbid; u ejjew nixorbu kemm nifilħu xorb li jsakkar.+ U għada jkun bħal-lum, anzi ħafna aħjar.”+

Noti taʼ taħt