Isaija 64:1-12

64  O li kieku ċarratt is-smewwiet, u nżilt,+ u minħabba fik il-muntanji theżżu,+  bħal meta n-nar iqabbad il-friegħi nexfin, u n-nar jgħalli l-ilma, biex b’hekk tgħarraf ismek lill-avversarji tiegħek,+ u minħabba fik jitriegħdu l-ġnus!+  Meta għamilt affarijiet li jqanqlu l-biżaʼ+ u li ma konniex qed nittamaw għalihom, int inżilt. Minħabba fik il-muntanji theżżu.+  U sa minn żmien twil ilu ħadd ma semaʼ+ jew ta widen, u l-ebda għajn ma rat Alla li jaġixxi għal min jibqaʼ jistennieh,+ ħliefek.+  Int ilqajt lil min jifraħ u jagħmel is-sewwa,+ dawk li jibqgħu jiftakru fik u jimxu fi triqatek.+ Ara! Int għadabt,+ waqt li aħna bqajna nidinbu+—bqajna fi dnubietna għal ħafna żmien, u għandna niġu salvati?+  Sirna bħal xi ħadd mhux nadif, ilkoll kemm aħna, u l-għemejjel ġusti kollha tagħna bħall-ħwejjeġ fit-tnixxija tad-demm taʼ kull xahar;+ u se nidbielu bħall-weraq,+ ilkoll kemm aħna, u l-iżbalji tagħna jġorruna bħar-riħ.+  M’hemm ħadd li jsejjaħ ismek,+ ħadd li jqum biex iżomm miegħek; għax int ħbejt wiċċek minna,+ u ġegħeltna ndubu+ bil-qawwa taʼ l-iżball tagħna.  U issa, O Ġeħova, int Missierna.+ Aħna t-tafal,+ u int il-Fuħħari tagħna;+ u aħna lkoll xogħol idejk.+  Tkunx mgħaddab għall-aħħar,+ O Ġeħova, u tibqax tiftakar l-iżball tagħna għal dejjem.+ Ħares, issa, jekk jogħġbok: aħna lkoll il-poplu tiegħek.+ 10  Il-bliet qaddisin tiegħek+ saru xagħri. Sijon+ ukoll saret xagħri, u Ġerusalemm art abbandunata.+ 11  Id-dar tagħna taʼ qdusija u sbuħija,+ fejn missirijietna kienu jfaħħruk,+ saret xi ħaġa biex tinħaraq bin-nar;+ u kull ħaġa sabiħa+ li kellna tħarbtet. 12  Se tibqaʼ żżomm lura,+ O Ġeħova, meta tara dawn l-affarijiet? Se tibqaʼ ma tagħmel xejn u tħallina nsofru għall-aħħar?+

Noti taʼ taħt