Malakija 1:1-14

1  Dikjarazzjoni: Il-kelma taʼ Ġeħova+ dwar Israel permezz taʼ Malakija:  “Ħabbejtkom,”+ qal Ġeħova. U intom għedtu: “B’liema mod ħabbejtna?”+ “Ma kienx Għesaw ħu Ġakobb?”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Imma jien ħabbejt lil Ġakobb,+  u bgħadt lil Għesaw;+ u fl-aħħar għamilt il-muntanji tiegħu art abbandunata+ u l-wirt tiegħu għax-xakalli tax-xagħri.”+  “Minħabba li Edom* jibqaʼ jgħid, ‘Aħna ġejna mfarrkin, imma se niġu lura u nibnu l-postijiet imħarbtin,’ hekk qal Ġeħova taʼ l-armati,* ‘Huma, min-naħa tagħhom, se jibnu; imma jien, min-naħa tiegħi, se nġarraf.+ U n-nies se jsejħulhom “it-territorju tal-ħażen” u “l-poplu li Ġeħova kkundannah+ għal żmien indefinit.”*  Għajnejkom stess se jarawh dan, u intom infuskom se tgħidu: “Jalla Ġeħova jkun imfaħħar bil-kbir fit-territorju taʼ Israel.”’”+  “‘Iben jonora lil missieru;+ u qaddej, lil sidu.+ Mela jekk jien missier,+ fejn hu l-unur li jistħoqqli?+ U jekk jien Sid, fejn hu l-biżaʼ+ minni?’ qalilkom Ġeħova taʼ l-armati, O qassisin li qed tistmerru ismi.+ “‘U intom għedtu: “B’liema mod stmerrejna ismek?”’  “‘Billi tippreżentaw fuq l-artal tiegħi ħobż imniġġes.’+ “‘U intom għedtu: “B’liema mod niġġisniek?”’ “‘Billi tgħidu: “Il-mejda+ taʼ Ġeħova hi oġġett taʼ stmerrija.”+  U meta tippreżentaw annimal agħma bħala sagrifiċċju: “M’hemm xejn ħażin.” U meta tippreżentaw annimal zopp jew wieħed marid: “M’hemm xejn ħażin.”’”+ “Jekk jogħġbok, ħudu lill-gvernatur tiegħek. Se jieħu pjaċir bik, jew se jilqgħek b’qalb tajba?” qal Ġeħova taʼ l-armati.  “U issa, jekk jogħġobkom, taffu l-korla+ t’Alla, biex iħenn għalina.+ Huma idejkom li għamlu dan. Se jilqaʼ lil xi ħadd minnkom b’qalb tajba?” qal Ġeħova taʼ l-armati. 10  “Barra minn hekk, min hemm fostkom li jagħlaq il-bibien+ jew jixgħel l-artal tiegħi bla ma jieħu xejn?+ Ma nsib l-ebda għaxqa fikom,” qal Ġeħova taʼ l-armati, “u ma niħux pjaċir bl-offerta bħala għotja minn idkom.”+ 11  “Għax minn tlugħ ix-xemx sa nżulha ismi se jkun kbir fost il-ġnus,+ u f’kull post se jiġi offrut id-duħħan tas-sagrifiċċji+ u ssir preżentazzjoni għal ismi, iva, għotja nadifa;+ għax ismi se jkun kbir fost il-ġnus,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati. 12  “Imma intom qed tkasbruni+ billi tgħidu, ‘Il-mejda taʼ Ġeħova hi xi ħaġa mniġġsa, u l-frott tagħha, l-ikel tagħha, huwa oġġett taʼ stmerrija.’+ 13  U intom għedtu, ‘Ara, xi dwejjaq!’+ u bdejtu tonfħu minħabba dan,” qal Ġeħova taʼ l-armati. “U ġibtu annimal maħtuf, u dak li hu zopp, u dak li hu marid;+ iva, ġibtuh bħala għotja. Nistaʼ nieħu pjaċir nilqagħha minn idkom?”+ qal Ġeħova. 14  “Ikun misħut dak li jaġixxi b’makakkerija meta fil-merħla tiegħu għandu annimal bla difett, imma lil Ġeħova jwiegħdu u jissagrifikalu wieħed difettuż.+ Għax jien Sultan kbir,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “u ismi se jqanqal il-biżaʼ fost il-ġnus.”+

Noti taʼ taħt

L-espressjoni “Ġeħova taʼ l-armati” tidher 24 darba f’Malakija.
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
Isem ieħor mogħti lil Għesaw, skond Ġen 25:30; 36:1.