Proverbji 19:1-29

  • Xi ħadd għaqli ma jirrabjax malajr (11)

  • Mara miżżewġa li hi ġellieda qisha saqaf iqattar (13)

  • Mara għaqlija hi rigal mingħand Ġeħova (14)

  • Iddixxiplina tifel waqt li għad hemm iċ-ċans (18)

  • Min jismaʼ mill-pariri jsir għaref (20)

19  Aħjar tkun fqir u tagħmel dak li hu tajjeb,Milli tkun stupidu u tigdeb.   Mhux tajjeb li xi ħadd ma jkollux għarfien,U min jaġixxi bla ma jaħsibha* qed jidneb.   Il-bluha taʼ xi ħadd twasslu fit-triq ħażina,U hu jirrabja ħafna kontra Ġeħova.   Is-sinjur għandu ħafna ħbieb,Imma l-fqir anki l-ħabib li għandu jitilqu.   Xhud falz se jiġi kkastigat żgur,U dak li jigdeb maʼ kull nifs li jieħu ma jgħaddihiex lixxa.   Ħafna jkunu jridu jinħabbu maʼ min hu ġeneruż,*U kulħadd hu ħabib taʼ raġel li jagħti r-rigali.   Raġel fqir jobogħduh ħutu kollha;Hu żgur se jiġi mwarrab mill-ħbieb tiegħu! Hu jibqaʼ jitlobhom il-pjaċiri, imma ħadd ma jwieġbu.   Min għandu l-għaqal iħobb lilu nnifsu.* Min japprezza* l-abbiltà taʼ li jagħraf x’inhu tajjeb u ħażin se jkollu suċċess.   Xhud falz se jiġi kkastigat żgur,U dak li jigdeb maʼ kull nifs li jieħu se jinqered. 10  Mhux xieraq li l-iblah jgħix fil-lussu,Aħseb u ara li qaddej imexxi fuq il-mexxejja! 11  Raġel li hu għaqli ma jirrabjax malajr,U hu se jiġi mfaħħar jekk iħalli nuqqas għaddej.* 12  Ir-rabja taʼ re hi bħal għajta taʼ ljun,Imma l-approvazzjoni tiegħu hi bħal nida fuq il-ħaxix. 13  Tifel stupidu jinkwieta lil missieru,U mara miżżewġa li hi ġellieda* qisha saqaf li l-ħin kollu jqattar. 14  In-nies jirtu d-dar u l-ġid mingħand missierhom,Imma li wieħed ikollu mara għaqlija hu rigal mingħand Ġeħova. 15  Xi ħadd għażżien jorqod ħafna,U min hu* bla ħeġġa se jbati l-ġuħ. 16  Min jobdi l-kmandamenti jibqaʼ ħaj;*Min ma jimpurtahx mill-konsegwenzi taʼ dak li għamel se jmut. 17  Min iħenn għall-batut qed jislef lil Ġeħova,U Hu se jħallsu lura* għal dak li għamel. 18  Iddixxiplina lit-tifel tiegħek waqt li għad hemm iċ-ċans,U tkunx responsabbli għall-mewt* tiegħu. 19  Min jirrabja malajr se jbati l-konsegwenzi;Hu għalxejn li tipprova tgħinu għax se jerġaʼ jagħmel hekk għal darba wara l-oħra. 20  Ismaʼ mill-pariri u aċċetta d-dixxiplina,U b’hekk issir għaref. 21  Bniedem jistaʼ jagħmel ħafna pjanijiet,Imma hu l-iskop* taʼ Ġeħova li se jirnexxi. 22  Bniedem jiġbdek meta juri mħabba u lealtà* lejn ħaddieħor;Hu aħjar li tkun fqir milli giddieb. 23  Min jirrispetta ħafna lil* Ġeħova se jibqaʼ jgħix;Hu se jorqod tajjeb u mhux se jkollu inkwiet. 24  L-għażżien idaħħal idu fl-iskutella tal-ikel,Imma ma jindenjax ruħu jressaqha maʼ ħalqu. 25  Sawwat lil min iwaqqaʼ għaċ-ċajt, ħalli dak li hu bla esperjenza jsir għaqli,U kkoreġi lil min kapaċi jifhem, ħalli jkollu iktar għarfien. 26  It-tifel li jittratta ħażin lil missieru u jkeċċi lil ommuJġib mistħija u diżunur. 27  Ibni, jekk ma tobdix mid-dixxiplina,Ma tibqax fit-triq it-tajba. 28  Xhud li ma jiswa għal xejn iwaqqaʼ għaċ-ċajt il-ġustizzja,U wieħed mill-agħar jieħu pjaċir jagħmel dak li hu ħażin daqskemm jieħu gost jiekol. 29  Dawk li jwaqqgħu għaċ-ċajt se jiġu ġġudikati,U l-istupidi se jiġu kkastigati.

Noti taʼ taħt

Letteralment “iħaffef saqajh.”
Jew “nobbli.”
Jew “lil ruħu.”
Jew “jaħżen.”
Jew “jinjora offiża.”
Jew “li l-ħin kollu teqred.”
Jew “ir-ruħ.”
Jew “jipproteġi lil ruħu.”
Jew “jippremjah.”
Jew “tixtieqx il-mewt.”
Jew “il-pariri.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżaʼ minn.”