Proverbji 30:1-33

  • IL-KLIEM T’AGUR (1-33)

    • Tħallinix inkun fqir u lanqas sinjur (8)

    • Affarijiet li ma jixbgħu qatt (15, 16)

    • Affarijiet li ma tifhimhomx (18, 19)

    • Mara li mhix leali (20)

    • Annimali li huma għorrief ħafna (24)

30  Dan hu l-messaġġ importanti t’Agur it-tifel taʼ Ġaki li qal lil Itijel u Ukal.   Jien l-iktar bniedem injorant,U m’iniex kapaċi nifhem bħan-nies l-oħra.   Jien ma tgħallimtx inkun għaref,U m’għandix l-għarfien tal-Iktar Wieħed Qaddis.   Min telaʼ fis-sema u reġaʼ niżel? Min ġabar ir-riħ f’idejh it-tnejn? Min żamm l-ilmijiet fil-ħwejjeġ tiegħu? Min għamel* it-trufijiet kollha tal-art? X’jisimhom hu u ibnu? Għidli jekk taf.   Kulma jgħid Alla hu pur.* Hu tarka għal dawk kollha li jistkennu fih.   Iżżid xejn maʼ kliemu,Inkella jikkoreġikU toħroġ taʼ giddieb.   Alla tiegħi, żewġ affarijiet nitolbok. Jekk jogħġbok iżżommx lura milli tagħtihomli qabel immut.   Għinni biex ma nqarraqx u ma nigdibx. Tħallinix inkun fqir u lanqas sinjur. Agħtini l-ikel li għandi bżonn,   Għax jekk ikolli kulma rrid, nistaʼ ma nibqax leali u ngħid: “Min hu Ġeħova?” U tħallinix insir fqir u nibda nisraq u niddiżonora* lil ismek, Alla tiegħi. 10  Uliedi, timmalafamawx qaddej maʼ sidu,Li ma jmurx jisħitkom u tinstabu ħatjin. 11  Hemm grupp taʼ nies* li jisħtu lil missierhom,U ma jbirkux lil ommhom. 12  Hemm grupp taʼ nies li jaħsbu li huma nodfaImma ma tnaddfux mill-ħmieġ tagħhom. 13  Hemm grupp taʼ nies li huma kburin ħafna,U li jmaqdru ħafna lil oħrajn. 14  Hemm grupp taʼ nies li snienhom huma bħax-xwabelU x-xedaq tagħhom bħas-skieken tal-biċċiera;Huma jaħqru lill-batuti tal-artU lill-foqra minn fost in-nies. 15  Is-sangisugi* għandhom żewġt ibniet li jgħajtu: “Agħtini! Agħtini!” Hemm tliet affarijiet li ma jixbgħu qatt,Erbgħa li qatt ma jgħidu: “Biżżejjed!” 16  Il-Qabar,* mara li ma jistax ikollha tfal,Art mingħajr ilma, u nar li qatt ma jgħid: “Biżżejjed!” 17  Min iwaqqaʼ għaċ-ċajt lil missieru u ma jkunx irid jobdi lil ommu,Iċ-ċawluni tal-wied se jaqilgħulu għajnuU l-frieħ tal-ajkla se jikluha. 18  Hemm tliet affarijiet li huma wisq tal-għaġeb għalijaU erbgħa li ma nifhimhomx: 19  Kif ajkla ttir fis-sema,Kif serp jitkaxkar fuq blata,Kif vapur jivvjaġġa f’baħar miftuħ,U kif raġel iġib ruħu meta jkun maʼ mara. 20  Mara li mhix leali* tiekol, timsaħ ħalqha,Imbagħad tgħid: “M’għamilt xejn ħażin.” 21  Hemm tliet affarijiet li jġiegħlu l-art titriegħed,U erbgħa affarijiet li n-nies ma jifilħux għalihom: 22  Meta lsir imexxi bħala re,Meta iblah ikun mifqugħ bl-ikel, 23  Meta raġel jiżżewweġ mara mibgħuda,*U meta qaddejja tieħu post dik li taħdem għaliha. 24  Hemm erbaʼ affarijiet fuq l-art li għalkemm huma żgħar,Huma għorrief ħafna:* 25  In-nemel mhuwiex b’saħħtu,*Iżda jipprepara l-ikel tiegħu fis-sajf. 26  Il-fniek tad-deżert mhumiex b’saħħithom ħafna,*Iżda huma jagħmlu d-dar tagħhom fil-blat. 27  Il-ġurati m’għandhomx re,Iżda huma joħorġu kollha mqassmin fi gruppi. 28  Il-wiżgħa tistaʼ timxi maʼ ħajt bla ma taqaʼU tidħol fil-palazz taʼ re. 29  Hemm tliet affarijiet li jimxu b’mod impressjonanti,Erbgħa li jiċċaqalqu b’mod impressjonati: 30  L-iljun, l-iktar annimal b’saħħtu,Li ma jaħrab minn ħadd; 31  Il-kelb tal-fenek, il-bodbod,U re li għandu l-armata miegħu. 32  Jekk bi bluha tkabbartJew ippjanajt li tagħmel hekk,Għatti ħalqek u tgħid xejn. 33  Meta tħawwad il-ħalib, joħroġ il-butir,U meta tagħfas imnieħrek, joħroġ id-demm,U bl-istess mod meta ġġiegħel lil ħaddieħor jirrabja, tqajjem il-ġlied.

Noti taʼ taħt

Letteralment “tellaʼ.”
Jew “irfinut bin-nar.”
Jew “nikkritika ħafna.”
Letteralment “ġenerazzjoni.”
Tip taʼ dudu li jgħix fl-ilma ħelu u li jiġbed id-demm meta jaqbad maʼ xi bniedem jew annimal.
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “adultera.”
Jew ”mhux maħbuba.”
Jew “bl-istint.”
Letteralment “mhuwiex poplu b’saħħtu.”
Letteralment “mhumiex poplu b’saħħtu.”