Salm 100:1-5

  • Irringrazzjaw lill-Ħallieq

    • “Aqdu lil Ġeħova bil-ferħ” (2)

    • ‘Hu Alla li għamilna’ (3)

Għanja taʼ ringrazzjament. 100  Għajtu bil-ferħ u faħħru lil Ġeħova, nies tal-art kollha.   Aqdu lil Ġeħova bil-ferħ. Morru quddiemu b’għajjat taʼ ferħ.   Kunu afu* li Ġeħova hu Alla. Hu l-wieħed li għamilna, u aħna tiegħu.* Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ li hu jirgħa.   Idħlu mill-bibien tas-santwarju tiegħu u rringrazzjawh,Idħlu fil-btieħi tiegħu u faħħruh. Irringrazzjawh u faħħru lil ismu.   Għax Ġeħova hu tajjeb;L-imħabba* tiegħu tibqaʼ għal dejjem,U l-lealtà tiegħu tibqaʼ minn ġenerazzjoni għal oħra.

Noti taʼ taħt

Jew “Irrikonoxxu.”
Jew forsi “u mhux aħna nfusna.”
Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.