Salm 102:1-28

  • Talba taʼ xi ħadd li qed ibati u jħossu ddisprat

    • “Qisni għasfur waħdu” (7)

    • ‘Ħajti hi dell li qed jisparixxi’ (11)

    • “Ġeħova se jerġaʼ jibni lil Sijon” (16)

    • Ġeħova jibqaʼ għal dejjem (26, 27)

Talba taʼ xi ħadd li jiftaħ qalbu maʼ Ġeħova għax qed ibati u jħossu ddisprat.* 102  Ġeħova, ismaʼ t-talba tiegħi;Ħa tasal għandek l-għajta tiegħi għall-għajnuna.   Tinħebiex minni fi żmien diffiċli. Ismagħni;*Wiġibni malajr meta ngħajjatlek għall-għajnuna.   Għax ħajti qed tispiċċa bħad-duħħan,U l-għadam tiegħi sar bħal injam li jinħaraq f’ħuġġieġa.   Qalbi saret bħall-ħaxix niexef,M’għandix aptit niekol.   Peress li qed inbati ħafna,Sirt għadma u ġilda.   Jien waħdi bħall-pellikan tad-deżert. Jien bħal kokka żgħira f’post abbandunat.   Jien ma norqodx;*Qisni għasfur waħdu fuq bejt.   L-għedewwa tiegħi jgħajruni l-ġurnata kollha. Dawk li jwaqqgħuni għaċ-ċajt jidgħu bija.   Għax jien niekol l-irmied bħallikieku ħobż,U dak li nixrob hu mħallat bid-dmugħ. 10  Dan hu minħabba r-rabja kbira tiegħek,Għax int bħallikieku għollejtni ’l fuq biex tarmini. 11  Ħajti hi bħal dell li qed jisparixxi,U jien qed ninxef bħall-ħaxix. 12  Imma int Ġeħova tibqaʼ għal dejjem,U int* se tibqaʼ magħruf tul il-ġenerazzjonijiet kollha. 13  Int żgur li se taġixxi u turi ħniena maʼ Sijon,Għax wasal iż-żmien li tħenn għaliha;Iż-żmien għal dan wasal. 14  Għax il-qaddejja tiegħek japprezzaw il-ġebel tal-ħitan tagħha,U jħobbu anki t-trab tagħha. 15  Il-popli se juru rispett kbir lejn* isem Ġeħova,U r-rejiet kollha tal-art se jindunaw bil-glorja tiegħek. 16  Għax Ġeħova se jerġaʼ jibni lil Sijon;Hu se juri kemm hu b’saħħtu. 17  Hu se jismaʼ t-talba taʼ dawk fil-bżonn;Mhux se jinjora t-talba tagħhom. 18  Dan ġie miktub għall-ġenerazzjoni tal-futur,Ħalli l-poplu li għad irid jiġi* jfaħħar lil Jah. 19  Għax Ġeħova jħares ’l isfel mill-post qaddis tiegħu,U jara l-art mis-sema, 20  Biex jismaʼ l-biki tal-priġunieriU jeħles lil dawk ikkundannati għall-mewt. 21  B’hekk isem Ġeħova jiġi mxandar f’SijonU jiġi mfaħħar f’Ġerusalemm, 22  Meta l-popli u s-saltnietJinġabru flimkien biex jaqdu lil Ġeħova. 23  Hu ħadli saħħti qabel il-waqt;Qassarli ħajti. 24  Jien għedt: “Alla tiegħi, int li tgħix għal dejjem,Teqridnix qabel nixjieħ. 25  Żmien twil ilu int għamilt il-pedament tal-art,U għamilt is-sema. 26  Huma se jispiċċaw, imma int se tibqaʼ teżisti;Dawn se jitmermru bħall-ħwejjeġ. Bħall-ħwejjeġ, dawn se jispiċċaw u tbiddilhom. 27  Imma int tibqaʼ l-istess, u s-snin tiegħek ma jispiċċawx. 28  It-tfal tal-qaddejja tiegħek se jgħixu fis-sigurtà;U dawk li se jiġu minnhom jibqgħu quddiemek għal dejjem.”

Noti taʼ taħt

Jew “dgħajjef.”
Letteralment “Mejjel widintek lejja.”
Jew forsi “Jien irqiq ħafna.”
Jew “ismek.”
Letteralment “jibżgħu minn.”
Letteralment “jiġi maħluq.”