Salm 108:1-13
Għanja taʼ David.
108 Qalbi hi leali lejk, Alla tiegħi.
Jien se nkanta u ndoqq b’qalbi kollha.
2 Jien se nqum qabel ma titlaʼ x-xemx.
Irrid indoqq l-arpa u strumenti tal-korda oħra.
3 Ġeħova, jien se nfaħħrek fost il-popli;Se nfaħħrek bil-kant* fost il-ġnus.
4 L-imħabba* tiegħek tant hi kbira li tasal sas-sema,U l-lealtà tiegħek sas-sħab.
5 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.
6 Eħlisna bil-qawwa tiegħek* u wieġeb it-talba tagħna,Sabiex dawk li int tħobb jiġu salvati.
7 L-Alla l-qaddis qal:*
“Jien se nifraħ meta nagħti lil Sikem bħala wirt,U naqsam u nagħti l-Wied* taʼ Sukkot lil min irrid jien.
8 Gilegħad u Manasse huma tiegħi,Efrajm hu l-elmu* għal rasi,U Ġuda hu l-bastun li juri l-awtorità tiegħi.
9 Mowab hu l-friskatur fejn naħsel saqajja.
Jien se nitfaʼ s-sandli tiegħi fuq Edom.
Jien se ngħajjat bil-ferħ għax se nirbaħ lill-Filistja.”
10 Min se jiħodni lejn il-belt iffortifikata?
Min se jmexxini s’Edom?
11 Alla tiegħi, int se tagħtina dik ir-rebħa!
Imma int warrabtnaU mhux qed tmexxi l-armati tagħna.
12 Għinna fi żmien taʼ inkwiet,Għax għalxejn nittamaw li niġu salvati mill-bniedem.
13 Permezz t’Alla, aħna se jkollna s-saħħa,U hu se jgħaffeġ lill-għedewwa tagħna.
Noti taʼ taħt
^ Jew “indoqqlok il-mużika.”
^ Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “b’idek il-leminija.”
^ Jew forsi “Alla qal fil-post qaddis tiegħu.”
^ Jew “il-Pjanura l-Baxxa.”
^ Letteralment “il-fortizza.”