Salm 113:1-9

  • Alla li jgħix fl-għoli jqajjem lill-batut

    • Isem Ġeħova jiġi mfaħħar għal dejjem (2)

    • Alla jitbaxxa (6)

113  Faħħru lil Jah!* Intom il-qaddejja taʼ Ġeħova, faħħruh. Faħħru isem Ġeħova.   Jalla isem Ġeħova jiġi mfaħħarIssa u għal dejjem.   Ħa jiġi mfaħħar isem ĠeħovaMinn xħin titlaʼ x-xemx sa ma tinżel.   Ġeħova qiegħed ’il fuq ħafna mill-popli kollha;Hu iktar glorjuż mis-sema.   Min hu bħal Ġeħova l-Alla tagħna,Il-wieħed li jgħix* fl-għoli?   Hu jitbaxxa biex iħares lejn is-sema u l-art,   Ħalli jqajjem lill-batut mit-trab. Hu jerfaʼ lill-fqir mill-irmied*   Biex iqiegħdu bilqiegħda mal-mexxejja,Mal-mexxejja tal-poplu tiegħu.   Il-mara li ma jistax ikollha tfalIssir omm ferħana għax jagħtiha dar bit-tfal.* Faħħru lil Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Jew “li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron.”
Jew forsi “mill-miżbla.”
Letteralment “bis-subien.”
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.