Salm 12:1-8
-
Ġeħova jaġixxi
-
Dak li jgħid Alla hu perfett (6)
-
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda fuq noti baxxi.* Għanja taʼ David.
12 Salvani Ġeħova, għax ma baqaʼ ħadd li hu leali;Dawk li huma ta’ min jafdahom sparixxew minn fost in-nies.
2 In-nies jigdbu lil xulxin;Bi kliemhom huma jfaħħru żżejjed lil oħrajn u jqarrqu bihom.*
3 Ġeħova se jagħlaq ħalq dawk li jfaħħru lil oħrajn biex jingħoġbu,Hu se jaqtaʼ lsien dawk li jħobbu jiftaħru
4 U li jgħidu: “Bi kliemna se nieħdu dak li rridu.
Nistgħu ngħidu dak li jogħġobna.
Min hu sidna?”
5 Ġeħova jgħid: “Peress li l-batuti huma maħqurin,Peress li l-foqra qed jibku,Jien se naġixxi u nsalvahom minn dawk li jmaqdruhom.”*
6 Dak li jgħid Ġeħova hu perfett;Kliemu hu bħal fidda rfinuta ġo forn tal-fuħħar,* li ġiet imnaddfa sebaʼ darbiet.
7 Ġeħova, int se tipproteġi lil kull wieħed minnhom;Se tipproteġihom minn dawn in-nies ħżiena.*
8 Il-ħżiena jmorru fejn iridu,Għax in-nies jinkuraġġixxu l-korruzzjoni.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “fuq Seminit.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “u għandhom qalb doppja.”
^ Jew “li jwaqqgħuhom għaċ-ċajt.”
^ Jew forsi “forn li jdewweb mal-art.”
^ Letteralment “din il-ġenerazzjoni.”