Salm 129:1-8

  • Attakkawni imma ma rebħulix

    • Dawk li jobogħdu lil Sijon jiġu mġiegħla jistħu (5)

Għanja tat-Tlajjaʼ. 129  “Mindu kont żagħżugħ ma waqfux jattakkawni” (Ħa jirrepetu dan l-Iżraelin)   “Mindu kont żagħżugħ ma waqfux jattakkawni;Imma ma rebħulix.   Xi wħud għamluli dahri bħal għalqa li qed tiġi maħruta;Huma għamluli linji twal fuq dahri.”   Imma Ġeħova hu ġust;Hu salvani mill-ħżiena li jaħqruni.   Dawk kollha li jobogħdu lil SijonSe jiġu mġiegħla jistħu u jaħarbu umiljati.   Huma jsiru bħal ħaxix li jikber fuq il-bjut,Li jinxef qabel jaqtgħuh,   Li min jaħsdu ma jkollux biex jimla idU min jiġbru ma jkollux biex jagħmel qatta.   Dawk li jgħaddu minn ħdejhom mhux se jgħidu: “Jalla Ġeħova jberikkom;Inberkukom f’isem Ġeħova.”

Noti taʼ taħt