Salm 145:1-21

  • Ifaħħar lil Alla, ir-Re il-kbir

    • ‘Se nxandar il-kobor t’Alla’ (6)

    • “Ġeħova hu qalbu tajba maʼ kulħadd” (9)

    • “Il-leali tiegħek se jfaħħruk” (10)

    • Is-saltna t’Alla se tibqaʼ għal dejjem (13)

    • Alla se jaqtaʼ x-xewqa taʼ kulħadd (16)

Għanja taʼ tifħir taʼ David. א [Alef] 145  L-Alla u r-Re tiegħi, jien se nonorak,Se nfaħħar lil ismek għal dejjem taʼ dejjem. ב [Bet]   Se nfaħħrek il-ġurnata kollha;Se nfaħħar lil ismek għal dejjem taʼ dejjem. ג [Gimel]   Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir;Il-kobor tiegħu ħadd ma jistaʼ jifhmu. ד [Dalet]   Il-ġenerazzjonijiet li ġejjin se jfaħħruk għal dak li għamilt;Se jitkellmu dwar l-affarijiet li int għamilt bil-qawwa tiegħek. ה [Ħe]   Huma se jitkellmu dwar kemm hi tal-għaġeb il-qawwa tiegħek,U jien se nimmedita dwar l-affarijiet mill-isbaħ li għamilt int. ו [Waw]   Huma se jitkellmu dwar l-affarijiet impressjonanti li għamilt int,*U jien se nxandar il-kobor tiegħek. ז [Żajin]   Huma se jitkellmu bil-ferħ hekk kif jiftakru dwar il-qalb tajba kbira tiegħek,U se jgħajtu bil-ferħ minħabba li int ġust. ח [Ħet]   Ġeħova hu qalbu tajba* u ħanin,Ma jirrabjax malajr u juri ħafna mħabba u lealtà.* ט [Tet]   Ġeħova hu qalbu tajba maʼ kulħadd,U l-ħniena tiegħu tidher f’kulma jagħmel. י [Jod] 10  Ġeħova, kulma għamilt int se jigglorifikak,U l-leali tiegħek se jfaħħruk. כ [Kaf] 11  Huma se jxandru l-glorja tas-saltna tiegħek,U jitkellmu dwar il-qawwa li għandek. ל [Lamed] 12  B’hekk, in-nies isiru jafu dwar l-affarijiet li int għamilt bil-qawwa tiegħekU dwar is-sbuħija tas-saltna glorjuża tiegħek. מ [Mem] 13  Is-saltna tiegħek se tibqaʼ għal dejjem,U int se tmexxi fuq il-ġenerazzjonijiet kollha. ס [Samek] 14  Ġeħova qed iqajjem lil dawk li qed jaqgħuU jsaħħaħ lil dawk imtaqqlin bil-problemi. ע [Għajn] 15  In-nies kollha jduru lejk għall-għajnuna;Int tagħtihom l-ikel meta jkollhom bżonn. פ [Pe] 16  Int tiftaħ idejkU taqtaʼ x-xewqa taʼ kull ħaġa ħajja. צ [Sade] 17  Ġeħova hu ġust f’kulma jagħmelU leali f’kollox. ק [Kof] 18  Ġeħova hu qrib dawk kollha li jgħajtulu għall-għajnuna,Dawk kollha li jgħajtulu b’mod sinċier.* ר [Rex] 19  Hu se jaqtaʼ x-xewqa taʼ dawk kollha li għandhom rispett kbir lejh;*Hu jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna u jsalvahom. ש [Xin] 20  Ġeħova jipproteġi lil dawk kollha li jħobbuh,Imma lill-ħżiena se jeqridhom għalkollox. ת [Taw] 21  Jien se nfaħħar lil Ġeħova;Jalla n-nies kollha jfaħħru lil ismu l-qaddis għal dejjem taʼ dejjem.

Noti taʼ taħt

Jew “il-qawwa impressjonanti tiegħek.”
Letteralment “juri mogħdrija.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “bil-verità.”
Letteralment “jibżgħu minnu.”