Salm 149:1-9

  • Għanja taʼ tifħir għar-rebħa t’Alla

    • Alla jieħu pjaċir bil-poplu tiegħu (4)

    • ‘Il-leali t’Alla se jkollhom l-unur’ (9)

149  Faħħru lil Jah!* Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida;Faħħruh fil-kongregazzjoni tal-leali.   Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq Grandjuż tiegħu;Ħa jifirħu t-tfal taʼ Sijon bir-Re tagħhom.   Ħa jfaħħru ismu biż-żfin,U ħa jfaħħruh bil-kant waqt li jdoqqu t-tanburlin u l-arpa.   Għax Ġeħova jieħu pjaċir bil-poplu tiegħu. Hu jsalva lill-umli.   Ħa jifirħu l-leali għax Alla jonorahom;Ħa jgħajtu bil-ferħ fuq is-sodod tagħhom.   Ħa jfaħħru lil Alla bil-kant,U ħa jkollhom f’idhom xabla taqtaʼ ħafna,   Biex biha jagħmlu vendetta mill-ġnus,U jikkastigaw lill-popli.   Huma se jorbtu lir-rejiet bil-ktajjen,U lill-mexxejja bil-ħadid.   Se jagħmlulhom skont dak li hemm miktub kontrihom. Il-leali kollha tiegħu se jkollhom l-unur li jagħmlu dan. Faħħru lil Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.