Salm 19:1-14

  • Il-ħolqien u l-liġi t’Alla jagħtu xhieda

    • ‘Is-sema xxandar il-glorja t’Alla’ (1)

    • Il-liġi perfetta t’Alla terġaʼ tagħti s-saħħa (7)

    • “Dnubiet li għamilt bla ma naf” (12)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 19  Is-sema qed ixxandar il-glorja t’AllaU titkellem dwar dak li għamel.   Kuljum hi titkellem,U kull lejl ixxandar l-għarfien dwaru.   Hi ma tgħidx kelma;Leħinha ma jinstemax.   Imma hi tat xhieda* lill-art kollha,U l-messaġġ tagħha wasal sa truf l-art. Fis-sema hu rama tinda għax-xemx,   Li qisha għarus ħiereġ mill-kamra tiegħu;Hi tifraħ bħal raġel b’saħħtu li qed jiġri f’tellieqa.   Hi toħroġ minn tarf wieħed tas-semaU tagħmel dawra sħiħa sakemm tiġi fit-tarf l-ieħor;U s-sħana tagħha tilħaq kullimkien.   Il-liġi taʼ Ġeħova hi perfetta u terġaʼ tagħti s-saħħa.* It-tfakkiriet taʼ Ġeħova huma taʼ min jafdahom,Lil min hu bla esperjenza jagħmluh għaref.   Ir-regoli taʼ Ġeħova huma ġusti u jferrħu l-qalb;Il-kmandamenti taʼ Ġeħova huma nodfa u jgħinu persuna tifhem.*   Ir-rispett kbir għal* Ġeħova hu taʼ benefiċċju u jibqaʼ għal dejjem. Il-ġudizzji taʼ Ġeħova huma veri u ġusti. 10  Dawn huma mixtiqin iktar mid-deheb, iktar mid-deheb fin,*U iktar ħelwin mill-għasel, saħansitra iktar mill-għasel pur. 11  Permezz tagħhom, int tgħallem lill-qaddej tiegħek jevita dak li hu ħażin;Jekk jobdihom se jiġi ppremjat bil-kbir. 12  Min jistaʼ jinduna bl-iżball tiegħu stess? Aħfirli d-dnubiet li għamilt bla ma naf. 13  Tħallinix inkun prużuntuż;Tħallix il-prużunzjoni tikkontrollani. B’hekk, inkun bla ħtijaU innoċenti minn dnubiet serji.* 14  Ġeħova, int il-Blata tiegħi u Dak li Jeħlisni,*Jalla jogħġbok dak li ngħid u nimmedita fuqu.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “l-ħabel tagħha tal-kejl infirex maʼ.”
Jew “terġaʼ tagħti r-ruħ.”
Letteralment “idawlu l-għajnejn.”
Letteralment “Il-biżaʼ minn.”
Jew “irfinut.”
Jew “minn ħafna nuqqasijiet.”
Jew “Dak li Jifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.