Salm 26:1-12

  • Jgħix b’lealtà

    • ‘Innotani sew, Ġeħova’ (2)

    • Jevita kumpanija ħażina (4, 5)

    • ‘Se nimxi madwar l-artal t’Alla’ (6)

Għanja taʼ David. 26  Iġġudikani, Ġeħova, għax jien għext b’lealtà,*Jien bqajt dejjem nafda fik, Ġeħova.   Innotani sew, Ġeħova, u ara kif jien verament;Irfinali ħsibijieti* u qalbi.   Għax jien dejjem nimmedita fuq l-imħabba u l-lealtà* tiegħek,U nimxi fit-triq it-tajba.   Jien ma nagħmilhiex* maʼ nies qarrieqa;U nevita lil dawk li jaħbu min huma.*   Jien nobgħod noqgħod maʼ nies ħżiena,U ma nagħmilhiex* maʼ dawk li huma mill-agħar.   Ġeħova, se naħsel idejja biex nuri li jien innoċenti,U se nimxi madwar l-artal tiegħek   Biex nirringrazzjak b’leħen għoli,U biex inxandar l-affarijiet tal-għaġeb li int għamilt.   Ġeħova, id-dar fejn tgħix int, fejn hemm il-glorja tiegħek,Hi prezzjuża għalija.   Teqridnix* mal-midinbin,U toqtolnix flimkien maʼ nies vjolenti,* 10  Li jagħmlu affarijiet taʼ mistħija,U li jħobbu jaċċettaw it-tixħim.* 11  Imma min-naħa tiegħi, jien se ngħix b’lealtà.* Eħlisni* u ħenn għalija. 12  Jien qiegħed wieqaf f’post sod;Ġeħova, jien se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira.*

Noti taʼ taħt

Jew “bl-integrità.”
Jew “is-sentimenti.” Letteralment “il-kliewi.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteramlent “ma npoġġix.”
Jew “ma nagħmilhiex mal-ipokriti.”
Letteralment “ma npoġġix.”
Jew “Teqridx lil ruħi.”
Jew “li jxerrdu d-demm.”
Jew “ixaħħmu lil oħrajn.”
Jew “bl-integrità.”
Letteralment “Ifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “fl-assembleat.”