Salm 31:1-24

  • Idur lejn Ġeħova għall-protezzjoni

    • “Jien nafda ħajti f’idejk” (5)

    • ‘Ġeħova hu l-Alla tal-verità’ (5)

    • ‘Kemm hi kbira l-qalb tajba t’Alla!’ (19)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 31  Ġeħova, jien lejk dort għall-protezzjoni. Jalla qatt ma niġi umiljat. Eħlisni għax int ġust.   Ismagħni* u eħlisni malajr. Sir muntanja taʼ refuġju għalija,Post iffortifikat biex issalvani.   Għax int il-blata u l-fortizza tiegħi;Minħabba ismek, int se tmexxini u tiggwidani.   Int se teħlisni mix-xibka li ħbew biex jaqbduni,Għax int il-fortizza tiegħi.   Jien nafda ħajti* f’idejk. Int fdejtni* Ġeħova, l-Alla tal-verità.*   Jien nobgħodhom lil dawk li jqimu lill-idoli li ma jiswew għal xejn,Imma jien nafda f’Ġeħova.   Jien ferħan ħafna għax int turini mħabba u lealtà,*Għax int rajt it-tbatija tiegħi;Int konxju tad-dwejjaq kbar li għandi.*   Int ma tajtnix f’idejn l-għadu,Imma poġġejtni f’post taʼ protezzjoni.*   Ġeħova, ħenn għalija għax jien imdejjaq. Minħabba l-uġigħ kbir li għandi, il-vista tiegħi marret lura u ġismi* ddgħajjef. 10  Ħajti mimlija inkwiet u biki,Saħħti marret lura minħabba l-iżball tiegħi;Għadmi ddgħajjef. 11  L-għedewwa kollha tiegħi jmaqdruni,Speċjalment il-ġirien tiegħi. Dawk li jafuni jibżgħu minni. Meta jarawni barra jaħarbu. 12  Jien minsi għalkollox, qisni wieħed mejjet;Inħossni ma niswa għal xejn bħal ġarra mkissra; 13  Smajt ħafna qlajjaʼ koroh dwari;Jien imbeżżaʼ għax qed jhedduni minn kull naħa. Meta jinġabru flimkien kontrija,Jippjanaw biex joqtluni. 14  Imma jien nafda fik, Ġeħova,U ngħid li int l-Alla tiegħi. 15  Ħajti hi f’idejk. Eħlisni minn id l-għedewwa u dawk li jippersegwitawni. 16  Urini li jien approvat minnek. Urini mħabba u lealtà, u salvani. 17  Ġeħova, jalla ma niġix umiljat meta ngħajjatlek. Jalla jiġu umiljati l-ħżiena;Jalla jinżlu fil-Qabar* u jagħlqu ħalqhom. 18  Jalla jimmutaw dawk li jigdbu,Dawk li jitkellmu b’arroganza kontra l-ġust u jmaqdruh. 19  Kemm hi kbira l-qalb tajba tiegħek! Int lestejt ħafna affarijiet tajbin għal dawk li jirrispettawk ħafna,*U wrejt qalb tajba quddiem kulħadd maʼ dawk li jduru lejk għall-protezzjoni. 20  Int se taħbihom fil-post sigriet tiegħek stess,’Il bogħod minn dawk li qed jippjanaw kontrihom. Int se taħbihom fil-post taʼ kenn tiegħek,’Il bogħod minn dawk li jattakkawhom bi ħdura. 21  Jalla jiġi mfaħħar Ġeħova,Għax meta kont f’belt assedjata mill-għedewwa,Hu wrieni mħabba u lealtà b’mod tal-għaġeb. 22  Min-naħa tiegħi, jien ippanikjajt u għedt: “Se mmut quddiemek.” Imma meta tlabtek bil-ħniena biex tgħinni, int smajtni. 23  Ħobbu lil Ġeħova, intom il-leali kollha tiegħu. Ġeħova jipproteġi lil dawk li juru lealtà,Imma hu jikkastiga bl-aħrax lil kull min hu kburi. 24  Intom li qed tistennew lil Ġeħova biex jaġixxi,Kunu kuraġġużi u sodi.

Noti taʼ taħt

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”
Letteralment “l-ispirtu tiegħi.”
Jew “l-Alla leali.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “li għandha ruħi.”
Jew “f’post spazjuż.”
Jew “ruħi u żaqqi.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżgħu minnek.”