Salm 32:1-11
Għanja taʼ David. Maskil.*
32 Ferħan ikun dak li l-iżball tiegħu ġie maħfur,Li d-dnub tiegħu ġie mħassar.*
2 Ferħan ikun dak li Ġeħova ma jikkunsidrahx ħati,Li m’hemmx qerq fih.*
3 Meta m’għedt xejn dwar id-dnub tiegħi,Għadmi ttiekel għax kont ansjuż il-ġurnata kollha.
4 Għax idek* kienet tqila fuqi lejl u nhar.
Saħħti nixfet bħall-ilma li jinxef bis-sħana tas-sajf. (Sela)
5 Fl-aħħar, ammettejt id-dnub tiegħi miegħek;Ma ħbejtx l-iżball tiegħi.
Jien għedt: “Se nammetti n-nuqqasijiet tiegħi maʼ Ġeħova.”
U int ħfirt l-iżball u d-dnubiet tiegħi. (Sela)
6 Għalhekk, kull min hu leali se jitlob lilekWaqt li jkun għadu jistaʼ jersaq lejk.
Imbagħad lanqas il-problemi li huma bħal dulluvju ma jilħquh.
7 Int post fejn nistaʼ ninħeba;Int tipproteġini mill-inkwiet.
Se ddawwarni b’nies li jgħajtu bil-ferħ għax teħlisni. (Sela)
8 Int għedt: “Se nagħtik l-abbiltà li tifhem u ngħallmek kif għandek tgħix.
Se nżomm għajnejja fuqek biex nipproteġik u nagħtik il-pariri.
9 Issirx bħal żiemel jew bagħal, għax dawn ma jifhmux.
Dawn iridu jiġu kkontrollati bi lġiem jew b’ħabel maʼ ħalqhom.
B’hekk biss se jiġu ħdejk.”
10 Il-ħżiena se jbatu ħafna;Imma min jafda f’Ġeħova jkun protett bl-imħabba u l-lealtà* tiegħu.
11 Ifirħu b’Ġeħova u kunu kuntenti, intom it-tajbin;Għajtu bil-ferħ, intom taʼ qalb onesta.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “ġie mgħotti.”
^ Letteralment “fl-ispirtu tiegħu.”
^ Jew “id-diżapprovazzjoni tiegħek.”
^ Jew “bl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.