Salm 35:1-28

  • Jitlob biex jinħeles mill-għedewwa

    • Kellhom jitkeċċew l-għedewwa (5)

    • Ifaħħar lil Alla fost ħafna nies (18)

    • Mibgħud għalxejn (19)

Għanja taʼ David. 35  Ġeħova, iddefendi l-każ tiegħi kontra dawk li jopponuni;Iġġieled kontra dawk li qed jiġġieldu kontrija.   Aqbad it-tarka ż-żgħira* u l-kbira,Aġixxi u pproteġini.   Għolli l-lanza u l-mannara* tal-gwerra tiegħek kontra dawk li qed jiġru warajja. Għidli:* “Jien se nsalvak.”   Jalla jiġu umiljati u mġegħlin jistħu dawk li qed jipprovaw joqtluni.* Jalla jaħarbu ddiżonorati dawk li qed jippjanaw biex jeqirduni.   Jalla jsiru bħal qoxra taʼ żerriegħa fir-riħ;Jalla l-anġlu taʼ Ġeħova jkeċċihom.   Jalla minn fejn jgħaddu jkun mudlam u jiżloq,Hekk kif l-anġlu taʼ Ġeħova jiġri warajhom.   Għax għalxejn b’xejn ħbew xibka biex jaqbduni;Għalxejn b’xejn ħaffru ħofra għalija.   Jalla jiġi fuqhom diżastru għal għarrieda;Jalla jinqabdu fix-xibka li ħbew għalija;Jalla jaqgħu fiha u jinqerdu.   Imma jien* se nifraħ minħabba dak li għamilt int, Ġeħova;Jien se nkun kuntent peress li ssalvani. 10  B’qalbi kollha se ngħid: “Min hu bħalek Ġeħova? Int issalva lill-batut minn dak li hu iktar b’saħħtu minnu;Teħles lill-batut u l-fqir minn dawk li jisirquhom.” 11  Irġiel mill-agħar ġew u taw xhieda kontrija;Akkużawni b’affarijiet li ma nafx bihom. 12  Huma jpattuli t-tajjeb bil-ħażin. Għalhekk, qed inħossni ddisprat. 13  Imma meta kienu ma jifilħux, jien ilbist ħwejjeġ tal-ixkoraU umiljajt ruħi bis-sawm. Meta t-talb tiegħi ma ġiex imwieġeb, 14  Jien kont imdejjaq bħal xi ħadd li mietlu sieħbu jew ħuh;B’qalbi sewda jien inżilt mal-art bħal xi ħadd li qed jibki lil ommu. 15  Imma meta kelli l-inkwiet jien, huma ferħu u nġabru flimkien;Huma nġabru flimkien u nħbew biex jattakkawni;Ma qagħdux kwieti meta attakkawni. 16  Dawk li m’għandhomx rispett lejn Alla jwaqqgħuni għaċ-ċajt bi ħdura,*Huma jheżżu snienhom għalija. 17  Ġeħova, kemm se ddum tħares biss? Salvani* mill-attakki tagħhom;Eħles il-ħajja prezzjuża tiegħi* mill-iljuni b’saħħithom. 18  Imbagħad jien se nirringrazzjak fil-kongregazzjoni l-kbira;Se nfaħħrek fost ħafna nies. 19  Tħallihomx jifirħu minħabba fija lil dawk li għalxejn b’xejn huma l-għedewwa tiegħi;Tħallix lil dawk li jobogħduni għalxejn jiddieħqu bija. 20  Għax huma ma jitkellmux bil-paċi,Imma jippjanaw bil-qerq kontra dawk li jgħixu fil-paċi. 21  Huma jiftħu ħalqhom beraħ biex jakkużawni,Billi jgħidu: “Iva! Iva! Rajniek tagħmel dan.” 22  Int rajt x’għamlu, Ġeħova. Tibqax kwiet. Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod minni. 23  Jekk jogħġbok, agħti kasi u ddefendini,Ġeħova Alla tiegħi, iddefendi l-każ tiegħi. 24  Ġeħova Alla tiegħi, iġġudikani skont il-livelli ġusti tiegħek;Tħallix lill-għedewwa jifirħu minħabba t-tbatija tiegħi. 25  Jalla qatt ma jgħidu f’qalbhom: “Ħadna dak li ridna!” Jalla qatt ma jgħidu: “Qridnieh.” 26  Jalla dawk li jifirħu minħabba l-inkwiet tiegħiJiġu ddiżonorati u mġegħlin jistħu. Jalla dawk li jaħsbu li huma ħafna aħjar minni jistħu u jkunu umiljati. 27  Imma ħa jgħajtu bil-ferħ dawk li jixtiequ li niġi ddikjarat ġust;Jalla jibqgħu jgħidu: “Ħa jiġi mfaħħar bil-kbir Ġeħova, li jieħu pjaċir bil-paċi tal-qaddej tiegħu.” 28  Imbagħad jien se nitkellem* dwar il-ġustizzja tiegħek,U nfaħħrek il-ġurnata kollha.

Noti taʼ taħt

Din spiss kienet tintuża mill-arċieri.
Jew “il-mannara doppja.”
Jew “Għid lil ruħi.”
Jew “joqtlu lil ruħi.”
Jew “ruħi.”
Jew forsi “jwaqqgħu għaċ-ċajt għal ħobża.”
Jew “Salva lil ruħi.”
Letteralment “l-unika waħda li għandi.”
Jew “nimmedita.”