Salm 46:1-11

  • “Alla hu l-wieħed li jipproteġina”

    • L-affarijiet tal-għaġeb li għamel Alla (8)

    • Alla jwaqqaf il-gwerer tad-dinja kollha (9)

Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. Fuq noti għoljin.* 46  Alla hu l-wieħed li jipproteġina u jsaħħaħna. Hu dejjem jgħinna fi żmien taʼ inkwiet.   Għalhekk m’aħniex se nibżgħu, avolja jsiru l-bidliet fid-dinja,Il-muntanji jaqgħu fil-baħar fond,   L-ilmijiet jitqallbu u jagħmlu l-istorbju,U l-muntanji jitheżżu minħabba t-taqlib tal-baħar. (Sela)   Hemm xmara li l-ilmijiet tagħha jferrħu l-belt t’Alla,It-tabernaklu kbir u qaddis tal-Iktar Għoli.   Alla qiegħed fil-belt; ma tistax titwaqqaʼ. Alla se jmur jgħin lin-nies tagħha filgħodu kmieni.   Il-popli qajmu storbju sħiħ, is-saltniet intrebħu;Imma meta Alla tkellem, l-art theżżet.   Ġeħova tal-armati qiegħed magħna;L-Alla taʼ Ġakobb hu l-post taʼ protezzjoni* tagħna. (Sela)   Ejjew araw x’għamel Ġeħova,L-affarijiet tal-għaġeb li għamel fuq l-art.   Hu qed iwaqqaf il-gwerer tad-dinja kollha. Hu qed jaqsam il-qaws u l-lanza,U jaħraq il-karrijiet tal-gwerra.* 10  “Ċedu, u kunu afu li jien Alla. Jien se niġi onorat fost il-popli,U onorat mad-dinja kollha.” 11  Ġeħova tal-armati qiegħed magħna;L-Alla taʼ Ġakobb hu post taʼ protezzjoni għalina. (Sela)

Noti taʼ taħt

Jew “Fuq Alamot.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”
Jew forsi “t-tarki.”