Salm 5:1-12

  • Ġeħova jipproteġi lill-ġusti

    • Alla jobgħod il-ħażen (4, 5)

    • ‘Mexxini fi triqtek’ (8)

Lid-direttur għal Neħilot.* Għanja taʼ David. 5  Ismaʼ kliemi, Ġeħova;Agħti kas id-dwejjaq tiegħi.   Re u Alla tiegħi, ismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna,Għax jien lilek nitlob.   Ġeħova, jien naf li tismaʼ t-talba tiegħi filgħodu;Filgħodu se niftaħ qalbi miegħek u mbagħad nistenniek tweġibni.   Għax int m’intix Alla li tieħu pjaċir bil-ħażen;Ħadd li hu ħażin ma jistaʼ jkun il-mistieden tiegħek.   L-ebda persuna arroganti ma tistaʼ toqgħod quddiemek. Int tobgħod lil kull min jaġixxi ħażin;   Int se teqred lil dawk li jigdbu. Ġeħova, int tobgħod nies vjolenti u li jqarrqu.*   Imma jien se nidħol fid-dar tiegħek grazzi għall-imħabba u l-lealtà* kbira tiegħek,Jien se mmil lejn it-tempju* qaddis tiegħek biex nurik rispett kbir.   Ġeħova, int ġust. Mexxini għax jien imdawwar bl-għedewwa;Għinni nimxi fi triqtek mingħajr ma nitfixkel.   Ma nistaʼ nafda xejn milli jgħidu;Moħħhom biss biex jagħmlu l-ħsara. Ħalqhom hu bħal qabar miftuħ;Huma jfaħħru biex jingħoġbu.* 10  Imma int, Alla, se tikkundannahom;Il-pjanijiet tagħhom stess se jwassluhom għall-qerda. Jekk jogħġbok, keċċihom ’l hemm minħabba l-ħafna dnubiet li għamlu,Għax huma rribellaw kontrik. 11  Imma dawk kollha li jduru lejk għall-protezzjoni se jkunu ferħanin;Huma dejjem se jkantaw bil-ferħ. Int mhux se tħalli l-ħżiena jersqu lejhom,U dawk li jħobbu lil ismek se jifirħu. 12  Għax int, Ġeħova, se tbierek lin-nies sewwa;L-approvazzjoni tiegħek se tkun bħal tarka kbira li tipproteġihom.

Noti taʼ taħt

Jew “bniedem li jxerred id-demm u jqarraq.”
Jew “għall-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “is-santwarju.”
Jew “Huma jmellsu bi lsienhom.”