Salm 50:1-23

  • Alla jiġġudika bejn il-leali u l-ħżiena

    • Il-patt t’Alla permezz taʼ sagrifiċċju (5)

    • “Alla hu Mħallef” (6)

    • L-annimali kollha huma t’Alla (10, 11)

    • Alla jikxef dak li jagħmlu l-ħżiena (16-21)

Għanja t’Asaf. 50  Ġeħova, l-Alla tal-allat,* tkellem;Hu jiġbor lin-nies kollha tal-artMil-Lvant sal-Punent.*   Alla jibgħat id-dawl minn Sijon,Li hi belt sabiħa b’mod perfett.   L-Alla tagħna se jiġi u żgur se jaġixxi. Quddiemu hemm nar li jeqred,U madwaru hemm maltempata kbira.   Hu jgħajjat lis-sema u l-art bħala xhiedaBiex jiġġudika lin-nies tiegħu. Hu jgħid:   “Ġibu quddiemi lil dawk leali,Dawk li qed jagħmlu patt miegħi permezz taʼ sagrifiċċju.”   Is-sema xxandar li Alla hu ġust,Għax Alla hu Mħallef. (Sela)   Alla jgħid: “Poplu tiegħi, ismagħni għax se nitkellem;Nies t’Iżrael, jien se nagħti xhieda kontrikom. Jien Alla, l-Alla tagħkom.   Mhux qed nikkoreġikom minħabba s-sagrifiċċji tagħkom,U lanqas minħabba l-offerti sħaħ tal-ħruq li toffru kontinwament quddiemi.   La għandi bżonn nieħu barriU lanqas bodbod mill-maqjel tagħkom. 10  Għax kull annimal salvaġġ tal-foresta hu tiegħi,Anki l-bhejjem tal-muntanji kollha. 11  Jien naf b’kull għasfur li hemm fil-muntanji;L-ammont kbir t’annimali li hemm fil-kampanja huma tiegħi. 12  Li kieku kelli l-ġuħ, ma kontx ngħidilkom,Għax l-art u kulma fiha huma tiegħi. 13  Se niekol jien il-laħam tal-barrinU se nixrob id-demm tal-bdabad? 14  Uru l-apprezzament tagħkom lejja. Ħa jkun dan is-sagrifiċċju li toffru. Agħmlu bħalma wegħedtu lili, l-Iktar Għoli; 15  Għajtuli għall-għajnuna fi żmien taʼ inkwiet. Jien se nsalvakom, u intom tfaħħruni.” 16  Imma Alla se jgħid lill-ħżiena: “Xi dritt għandkom biex issemmu r-regoli tiegħiU titkellmu dwar il-patt tiegħi? 17  Għax intom tobogħduha d-dixxiplina,*U tkomplu tinjoraw kliemi.* 18  Intom tapprovaw dak li jagħmel ħalliel,*U tkomplu tagħmluha maʼ dawk li jagħmlu adulterju. 19  Intom tkomplu titkellmu dwar dak li hu ħażin u tigdbu. 20  Intom tpoġġu m’oħrajn u titkellmu kontra ħukom stess;Tikxfu l-iżbalji tat-tifel* t’ommkom stess. 21  Meta intom għamiltu dawn l-affarijiet, jien m’għamilt xejn. Allura ħsibtu li jien bħalkom. Imma issa se nikkoreġikomU se nġib l-akkużi kontrikom. 22  Intom li tinsew lil Alla, aħsbu dwar dan jekk jogħġobkom,Inkella neqridkom u ma jkun hemm ħadd min isalvakom. 23  Min joffrili apprezzament bħala s-sagrifiċċju, ikun qed ifaħħarni;U dak li jkompli jagħmel it-tajjeb, se nsalvah.”

Noti taʼ taħt

Jew “Id-Divin, Alla, Ġeħova.”
Jew “Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha.”
Jew “l-istruzzjoni.”
Letteralment “titfgħu kliemi warajkom.”
Jew forsi “Meta taraw ħalliel, tingħaqdu miegħu.”
Jew “timmalafamaw lit-tifel.”