Salm 52:1-9

  • Fidi fl-imħabba u l-lealtà t’Alla

    • Dawk li jiftaħru bil-ħażen jiġu mwissijin (1-5)

    • Il-ħżiena jafdaw fil-ġid (7)

Lid-direttur. Maskil* taʼ David. Meta Duweg l-Edomi mar jgħid lil Sawl li David kien mar fid-dar t’Aħimelek. 52  Għala tiftaħar bl-affarijiet ħżiena li tagħmel, ja raġel b’saħħtek? Ma tafx li l-imħabba u l-lealtà* t’Alla jibqgħu għal dejjem?   Ilsienek jaqtaʼ daqs xafra;Int tippjana l-ħsara u titkellem bil-qerq.   Int tħobb il-ħażin iktar mit-tajjeb,U tigdeb minflok ma tgħid dak li hu sew. (Sela)   Int tħobb kull kelma taʼ ħsara,Ja qarrieq!   Hu għalhekk li Alla se jeqirdek darba għal dejjem;Hu jaħtfek u jkaxkrek ’il bogħod mit-tinda tiegħek;Se jeħles minnek u ma tibqax fost in-nies ħajjin. (Sela)   In-nies sewwa se jaraw dan u jibqgħu mistagħġbin;Huma jidħqu bik u jgħidu:   “Dan ir-raġel ma darx lejn Alla għall-protezzjoni,*Imma hu fada fil-ġid kbir tiegħu,U straħ fuq il-pjanijiet ħżiena tiegħu.”   Imma jien se nkun bħal siġra taż-żebbuġ b’saħħitha fid-dar t’Alla;Jien ċert li Alla se jħobbni u jkun leali* lejja għal dejjem taʼ dejjem.   Alla tiegħi, jien se nfaħħrek għal dejjem għax int aġixxejt;Quddiem il-leali tiegħek, jien se nuri li nafda fl-isem mill-isbaħ tiegħek.

Noti taʼ taħt

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “mʼgħamilx lil Alla l-fortizza tiegħu.”
Jew “juri mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.