Salm 57:1-11
Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Miktam* taʼ David, meta ħarab minn Sawl u mar fl-għar.
57 Ħenn għalija, Alla tiegħi, ħenn għalija,Għax jien* indur lejk għall-protezzjoni,U nfittex il-protezzjoni taħt ġwinħajk sakemm jgħaddi l-inkwiet.
2 Jien ngħajjat għall-għajnuna lill-Alla l-Iktar Għoli,Lill-Alla l-veru li se jeħlisni minn din it-tbatija.
3 Hu se jibgħatli l-għajnuna mis-sema u jsalvani.
Hu se jfixkel lil dawk li qed jipprovaw jibilgħuni. (Sela)
Alla se jurini mħabba u lealtà.*
4 Jien* imdawwar bl-iljuni;Ikolli nimtedd biex norqod maʼ nies li jridu jibilgħuni,Li snienhom huma bħal lanez u vleġeġ,U lsienhom jaqtaʼ daqs xabla.
5 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.
6 Huma ppreparaw xibka biex jaqbduni fiha;Jien* qed inbati ħafna.
Huma ħaffru ħofra minn fejn ngħaddi jien,Imma waqgħu fiha huma stess. (Sela)
7 Qalbi hi leali lejk, Alla tiegħi,Qalbi hi leali lejk.
Jien se nfaħħrek bil-kant u l-mużika.
8 Jien se nqum, jien se nqum qabel ma titlaʼ x-xemx.*
Irrid indoqq l-arpa u strumenti tal-korda oħra.
9 Ġeħova, jien se nfaħħrek fost il-popli;Se nfaħħrek bil-kant* fost il-ġnus.
10 L-imħabba* tiegħek tant hi kbira li tasal sas-sema,U l-lealtà tiegħek sas-sħab.
11 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.
Noti taʼ taħt
^ Jew “ruħi.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Ruħi.”
^ Jew “Ruħi.”
^ Letteralment “Glorja tiegħi qum.”
^ Jew “indoqqlok il-mużika.”
^ Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.