Salm 60:1-12

  • Alla jrażżan lill-għedewwa

    • Għalxejn nittamaw li niġu salvati mill-bniedem (11)

    • “Permezz t’Alla, aħna se jkollna s-saħħa” (12)

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ġilju tat-Tfakkira.” Miktam* taʼ David biex jintuża għat-tagħlim. Meta David iġġieled kontra Aram-naħarajm u Aram-Soba, u Ġowab mar lura u qatel 12,000 Edomi f’Wied il-Melħ. 60  Alla tagħna, int warrabtna u farraktna. Int kont irrabjat magħna;Imma issa ilqagħna lura.   Int regħedt l-art u qsamtha. Sewwiha għax qed taqaʼ biċċiet.   Int ġegħelt lill-poplu tiegħek ibati. Int tajtna nixorbu l-inbid li ġegħelna nixxenglu.   Agħti* sinjal lil dawk li għandhom rispett kbir lejk,*Biex b’hekk jaħarbu u jevitaw il-vleġġa. (Sela)   Eħlisna bil-qawwa tiegħek* u wieġeb it-talba tagħna,Sabiex dawk li int tħobb jiġu salvati.   L-Alla l-qaddis qal:* “Jien se nifraħ meta nagħti lil Sikem bħala wirt,U naqsam u nagħti l-Wied* taʼ Sukkot lil min irrid jien.   Gilegħad u Manasse huma tiegħi,Efrajm hu l-elmu* għal rasi,U Ġuda hu l-bastun li juri l-awtorità tiegħi.   Mowab hu l-friskatur fejn naħsel saqajja. Jien se nitfaʼ s-sandli tiegħi fuq Edom. Jien se ngħajjat bil-ferħ għax se nirbaħ lill-Filistja.”   Min se jiħodni lejn il-belt assedjata?* Min se jmexxini sa Edom? 10  Alla tiegħi, int se tagħtina dik ir-rebħa! Imma int warrabtnaU mhux qed tmexxi l-armati tagħna. 11  Għinna fi żmien taʼ inkwiet,Għax għalxejn nittamaw li niġu salvati mill-bniedem. 12  Permezz t’Alla, aħna se jkollna s-saħħa,U hu se jgħaffeġ lill-għedewwa tagħna.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “Int tajt.”
Letteralment “jibżgħu minnek.”
Letteralment “b’idek il-leminija.”
Jew forsi “Alla qal fil-post qaddis tiegħu.”
Jew “il-Pjanura l-Baxxa.”
Letteralment “il-fortizza.”
Jew forsi “ffortifikata.”