Salm 63:1-11

  • Jixtieq ħafna li Alla jkun ħdejh

    • “L-imħabba u l-lealtà tiegħek huma aħjar mill-ħajja” (3)

    • “Jien kuntent bl-aqwa affarijiet” (5)

    • Jimmedita fuq Alla l-lejl kollu (6)

    • ‘Jien bqajt qrib Alla’ (8)

Għanja taʼ David, meta kien fid-deżert taʼ Ġuda. 63  Alla, int l-Alla tiegħi, jien nibqaʼ nfittxek. Għandi* bżonnok bħalma xi ħadd bil-għatx għandu bżonn l-ilma. Jien* dgħajjef għax nixtieq ħafna li tkun ħdejjaF’din l-art niexfa u xotta, fejn m’hawnx ilma.   Meta kont inkun fil-post qaddis,Jien rajt is-saħħa u l-glorja tiegħek u qisni rajt lilek.   Jien se nfaħħrekGħax l-imħabba u l-lealtà* tiegħek huma aħjar mill-ħajja.   Jien se nfaħħrek ħajti kollha;Se ngħajjat lil ismek u nitlob lilek.   Jien* kuntent bl-aqwa affarijiet li tagħtini,Għalhekk se nfaħħrek bil-ferħ.   Waqt li nkun fuq is-sodda, jien niftakar fik,Il-lejl kollu nimmedita fuqek.   Int il-wieħed li tgħinni,Għalhekk se nkanta bil-ferħ taħt id-dell taʼ ġwinħajk.   Jien* bqajt qrib tiegħek;U int żammejtni sew b’idek il-leminija.   Imma dawk li qed jipprovaw joqtluni,*Se jispiċċaw fil-qabar. 10  Huma se jinqerdu bix-xablaU jsiru ikel għall-klieb slavaġ.* 11  Imma r-re se jifraħ minħabba dak li se jagħmel għalih Alla. Kull min jaħlef b’Alla se jfaħħru,*Għax dawk li jigdbu se jiġu msikktin.

Noti taʼ taħt

Jew “Ruħi għandha.”
Letteralment “Laħmi.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Ruħi.”
Jew “Ruħi.”
Jew “jeqirdu lil ruħi.”
Jew “għall-volpijiet.”
Jew “jiftaħar.”