Salm 67:1-7

  • In-nies kollha tal-art se jonoraw lil Alla

    • L-art kollha se tkun taf kif jaġixxi Alla (2)

    • ‘Ħa jfaħħru lil Alla l-popli kollha’ (3, 5)

    • “Alla tagħna se jberikna” (6, 7)

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja. 67  Alla tagħna, int se tħenn għalina u tberikna;Se turi li ferħan bina (Sela)   Biex l-art kollha tkun taf kif taġixxi int,U l-popli kollha jkunu jafu li int il-wieħed li ssalva.   Ħa jfaħħruk il-popli, Alla tagħna;Ħa jfaħħruk il-popli kollha.   Ħa jifirħu u jgħajtu bil-ferħ il-popli,Għax int se tiġġudikahom b’mod ġust. Int se tiggwida l-ġnus tal-art. (Sela)   Ħa jfaħħruk il-popli, Alla tagħna;Ħa jfaħħruk il-popli kollha.   L-art se tagħti l-prodott tagħha;L-Alla tagħna se jberikna.   Alla se jberikna,U n-nies kollha tal-art se jonorawh.*

Noti taʼ taħt

Letteralment “jibżgħu minnu.”