Salm 68:1-35

  • ‘Ħa jinxterdu l-għedewwa t’Alla’

    • “Missier għall-orfni” (5)

    • Alla jagħti dar lil min hu waħdu (6)

    • In-nisa jxandru l-aħbar tajba (11)

    • Irġiel bħala rigali (18)

    • ‘Ġeħova jġorr it-toqol tagħna kuljum’ (19)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 68  Ħa jaġixxi Alla, ħa jinxterdu l-għedewwa tiegħu,U ħa jaħarbu minn quddiemu dawk li jobogħduh.   Keċċihom ’l hemm bħalma r-riħ itajjar id-duħħan;Jalla l-ħżiena jisparixxu minn quddiem AllaBħalma x-xemaʼ tinħall bin-nar.   Imma ħa jifirħu l-ġusti;Ħa jifirħu bil-kbir quddiem Alla;Ħa jaqbżu bil-ferħ.   Kantaw lil Alla, faħħru bil-kant lil* ismu;Kantaw lil Dak li għaddej mid-deżert.* Ismu hu Jah!* Ifirħu quddiemu.   Mill-post qaddis fejn jgħix,Alla hu missier għall-orfni* u wieħed li jipproteġi* lir-romol.   Alla jagħti dar lil min hu waħdu;Jeħles lill-ħabsin u jgħinhom jirnexxu. Imma dawk taʼ rashom iebsa* jkollhom jgħixu f’art niexfa.   Alla tagħna, meta mexxejt* lill-poplu tiegħek,U meta mmarċjajt fid-deżert, (Sela)   L-art theżżet;Niżlet ix-xita mis-sema minħabba fik;Alla t’Iżrael, il-Muntanja Sinaj theżżet minħabba fik.   Int bgħatt ħafna xita, Alla tagħna;Int saħħaħt il-poplu* tiegħek meta kien għajjien. 10  Huma għexu fit-tined tiegħek;Alla tagħna, int ipprovdejt għall-foqra għax qalbek tajba. 11  Ġeħova jagħti l-kmand;In-nisa li jxandru l-aħbar tajba huma armata kbira. 12  Ir-rejiet u l-armati tagħhom jaħarbu. Il-mara li tibqaʼ d-dar tirċievi sehem mill-affarijiet tal-għedewwa. 13  Anki jekk ikollkom tgħaddu l-lejl ħdejn ħuġġieġa,*Se jkollkom ħamiema li l-ġwienaħ tagħha huma miksijin bil-fiddaU r-rix tal-ġwienaħ tagħha hu tad-deheb fin.* 14  Meta Dak li Jistaʼ Kollox xerred lir-rejiet fil-pajjiż,Niżlet* il-borra fiż-Żalmon. 15  Il-muntanja tal-Basan hi muntanja t’Alla;Il-muntanja tal-Basan hi muntanja b’ħafna għoljiet. 16  Muntanji bl-għoljiet, għala qed tħarsu b’għiraLejn il-muntanja li Alla għażel* bħala post fejn jgħix? Ġeħova se jgħix hemmhekk għal dejjem. 17  Alla għandu eluf u eluf ta’ karrijiet tal-gwerra. Ġeħova mar fil-post qaddis mis-Sinaj. 18  Int tlajt fl-għoli;Ħadt irġiel bħala lsiera;Ħadthom bħala rigali,Iva Jah, Alla tagħna, ħadt anki lil dawk taʼ rashom iebsa sabiex int tgħix fosthom. 19  Ħa jkun imfaħħar Ġeħova, li jġorr it-toqol tagħna kuljum,L-Alla l-veru li jsalvana. (Sela) 20  L-Alla l-veru hu Alla li jsalvana;Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jeħlisna mill-mewt. 21  Alla se jfarrak ras l-għedewwa tiegħu,Ras dawk li jkomplu jidinbu.* 22  Ġeħova qal: “Se nġibhom lura mill-Basan;Se ntellagħhom minn qiegħ il-baħar, 23  Sabiex intom timxu fuq id-demm tagħhom,U l-klieb tagħkom jilagħqu d-demm tal-għedewwa.” 24  Alla tiegħi, in-nies se jaraw il-parata tar-rebħa tal-poplu tiegħek,Il-parata tal-Alla tiegħi, ir-Re tiegħi, li sejra lejn il-post qaddis. 25  Il-kantanti jimxu fuq quddiem,Warajhom it-tfajliet idoqqu t-tanburlini,U mbagħad dawk li jdoqqu l-istrumenti tal-korda. 26  Faħħru lil Alla fil-folol miġburin flimkien;*Faħħru lil Ġeħova, intom li ngħatajtu l-ħajja minn Missier Iżrael. 27  Hemmhekk Benjamin, l-iżgħar wieħed, qed irażżanhom,Anki l-kapijiet taʼ Ġuda bil-folla storbjuża tagħhom,Il-kapijiet taʼ Żebulun, u l-kapijiet taʼ Naftali. 28  L-Alla tagħkom iddeċieda li intom se tkunu b’saħħitkom. Alla li aġixxejt għalina, uri s-saħħa tiegħek. 29  Ir-rejiet se jġibulek ir-rigaliFit-tempju tiegħek f’Ġerusalemm. 30  Ikkontrolla l-bhejjem slavaġ li jgħixu qalb il-qasab,U l-merħla tal-barrin u ż-żgħar tagħhom,Sakemm in-nies imilu quddiemek u jġibu* biċċiet tal-fidda. Imma lil dawk li jieħdu pjaċir bil-gwerer xerridhom. 31  Mill-Eġittu se jinġiebu affarijiet tal-bronż;*In-nies taʼ Kus se jħaffu biex jagħtu rigali lil Alla. 32  Saltniet tal-art, kantaw lil Alla,Faħħru bil-kant lil* Ġeħova, (Sela) 33  Il-wieħed li jgħaddi mill-ogħla sema li ilha minn żmien twil ilu. Il-leħen qawwi tiegħu jinstemaʼ qisu ragħad. 34  Faħħru lil Alla għas-saħħa tiegħu. Hu se juri l-kobor tiegħu m’IżraelU s-saħħa tiegħu mis-sema.* 35  In-nies għandhom jibżgħu u jirrispettaw lill-Alla li qiegħed fil-post qaddis tiegħu. Hu l-Alla t’Iżrael, li jagħti s-saħħa u l-qawwa lill-poplu tiegħu. Ħa jkun imfaħħar Alla.

Noti taʼ taħt

Jew “doqqu l-mużika għal.”
Jew forsi “fuq is-sħab.”
“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Letteralment “dawk bla missier.”
Letteralment “imħallef.”
Jew “ribellużi.”
Letteralment “ħriġt quddiem.”
Letteralment “il-wirt.”
Jew forsi “l-imrieħel.”
Jew “tad-deheb aħdar safrani.”
Jew “Kien bħallikieku niżlet.”
Jew “jixtieq.”
Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”
Letteralment “li jimxu fi ħtijiethom.”
Letteralment “fl-assembleat.”
Jew forsi “jgħaffġu fuq.”
Jew forsi “joħorġu ambaxxaturi.”
Jew “Doqqu l-mużika għal.”
Letteralment “fis-sħab.”