Salm 7:1-17

  • Ġeħova hu Mħallef ġust

    • “Iġġudikani, Ġeħova” (8)

Għanja taʼ swied il-qalb li David kanta lil Ġeħova minħabba dak li qal Kus il-Benjamini. 7  Ġeħova Alla tiegħi, jien dort lejk għall-protezzjoni. Salvani minn dawk kollha li jippersegwitawni u eħlisni.   Inkella jqattgħuni* biċċiet bħalma jagħmel iljun,Ikaxkruni u ma jkun hemm ħadd li jeħlisni.   Ġeħova Alla tiegħi, jekk għandi tort,Jekk aġixxejt b’mod inġust,   Jekk pattejt bil-ħażin lil min għenni,Jew jekk sraqt lill-għadu tiegħi għalxejn b’xejn,*   Ħalli lill-għadu tiegħi jiġri warajja u jilħaqni;*Ħallih jgħaffiġni mal-art sakemm joqtolni,U nitħalla umiljat fit-trab. (Sela)   Jekk jogħġbok Ġeħova, aġixxi u uri r-rabja tiegħek;Ħudha kontra l-għedewwa tiegħi li huma rrabjati ħafna,Għinni u ara li ssir ġustizzja.   Ħa jinġabru madwarek il-popli,U int taġixxi kontrihom mill-għoli.   Ġeħova se jiġġudika lill-popli. Iġġudikani, Ġeħova, u ftakar li jien tajjeb u bla ħtija.   Jekk jogħġbok, waqqaf l-affarijiet ħżiena li qed jagħmlu dawk mill-agħar,Imma ddefendi lit-tajbin,Għax int l-Alla l-ġust li jeżamina x’hemm fil-qalb u s-sentimenti.* 10  Alla hu t-tarka tiegħi, Dak li Jsalva lil min hu onest f’qalbu. 11  Alla hu Mħallef ġustU jikkundanna lill-ħżiena kuljum. 12  Jekk xi ħadd ikompli jagħmel il-ħażin, Alla se jsinn ix-xabla tiegħu;Hu jilwi l-qaws tiegħu u jlestih biex jispara. 13  Hu jaqbad l-armi qerrieda tiegħu;Iqabbad il-vleġeġ tiegħu bin-nar. 14  Hemm wieħed li qed jippjana affarijiet taʼ ħsara;Hu jara kif ħa jaqlaʼ l-problemi u jigdeb. 15  Hu jħaffer ħofra fonda;Imma jaqaʼ fiha hu stess. 16  Il-problemi li jaqlaʼ jiġu fuqu stess;Il-vjolenza tiegħu se tkun taʼ ħsara għalih stess. 17  Se nfaħħar lil Ġeħova għall-ġustizzja tiegħu;Se nfaħħar bil-kant* isem Ġeħova l-Iktar Għoli.

Noti taʼ taħt

Jew “iqattgħu ruħi.”
Jew forsi “Waqt li ma qtiltx lil dak li ħadha kontrija għalxejn b’xejn.”
Jew “jilħaqli ruħi.”
Jew “il-kliewi.”
Jew “Se ndoqq il-mużika għal.”