Salm 70:1-5

  • Jitlob biex jingħata l-għajnuna malajr

    • “Fittex għinni” (5)

Lid-direttur. Għanja taʼ David, bħala tfakkira. 70  Salvani, Alla tiegħi;Fittex għinni, Ġeħova.   Jalla jiġu ddiżonorati u mġiegħla jistħuDawk li qed jipprovaw joqtluni.* Jalla jaħarbu umiljatiDawk li jieħdu gost bid-diffikultajiet tiegħi.   Jalla dawk li qed iwaqqgħuni għaċ-ċajtJiġu mġiegħla jaħarbu bil-mistħija.   Ħa jifirħu u jaqbżu bil-ferħDawk li qed ifittxu lilek. Jalla dawk li jħobbu s-salvazzjoni li tiġi mingħandek dejjem jgħidu: “Ħa jkun imfaħħar Alla.”   Jien batut u fqir. Alla tiegħi, fittex għinni. Int l-għajnuna tiegħi u dak li jsalvani. Iddumx biex tgħinni, Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Jew “joqtlu lil ruħi.”