Salm 73:1-28

  • Qaddej t’Alla jerġaʼ jibda jara l-affarijiet mill-ħarsa t’Alla

    • “Għal naqra ma ħriġtx mit-triq it-tajba” (2)

    • “Kont inkwetat il-ġurnata kollha” (14)

    • Jidħol fis-santwarju t’Alla (17)

    • Il-ħżiena qegħdin fuq art tiżloq (18)

    • Li nersaq qrib t’Alla hu taʼ benefiċċju (28)

Għanja t’Asaf. 73  Alla vera qed jagħmel affarijiet tajbin għall-Iżraelin, għal dawk taʼ qalb onesta.   Min-naħa tiegħi, għal naqra ma ħriġtx mit-triq it-tajba;Għal naqra ma waqajtx.   Meta rajt lin-nies ħżiena u arroganti* jgħixu fil-paċi,Bdejt ngħir għalihom.   Huma jmutu mingħajr ma jbatu;Huma f’saħħithom u jieklu tajjeb.*   Huma ma jkollhomx inkwiet bħal nies oħra,U lanqas ibatu bħal bnedmin oħra.   Għalhekk, ma jiddejqux juru li huma kburin;Huma magħrufin għall-vjolenza tagħhom.*   Għajnejhom imqabbżin ’il barra bil-ġid* li għandhom;Huma akkwistaw iktar milli setgħu jimmaġinaw.   Iwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħidu affarijiet ħżiena. B’arroganza jheddu lin-nies li se jaħqruhom.   Huma jiftaħru bħallikieku qegħdin fis-sema,U fuq l-art bi kburija jgħidu dak li jridu. 10  Għalhekk, in-nies t’Alla* jduru lejhomU jixorbu mill-ħafna ilmijiet tagħhom. 11  Huma jgħidu: “Alla kif se jkun jaf? L-Iktar Għoli kif se jkun jaf x’inhu jiġri?” 12  Iva, dawn huma l-ħżiena li dejjem ikollhom ħajja faċli. Huma jkomplu jżidu l-ġid tagħhom. 13  Żgur li għalxejn żammejt qalbi nadifaU ħsilt idejja biex nuri li jien innoċenti. 14  Kont inkwetat il-ġurnata kollha;Kull filgħodu kont niġi kkoreġut. 15  Imma kieku għedt dak li kont qed naħseb,Kont inkun qed nittradixxi l-poplu tiegħek.* 16  Meta pprovajt nifhem dan kollu,Sibtu diffiċli. 17  Imma meta dħalt fis-santwarju grandjuż tiegħek, Alla tiegħi,Fhimt x’se jkun il-futur tagħhom. 18  Int żgur li se tqegħedhom fuq art tiżloq. Għalhekk se jaqgħu u jinqerdu. 19  Huma se jitħarbtu f’daqqa;It-tmiem tagħhom se jiġi f’daqqa u jkun tal-biżaʼ. 20  Ġeħova int se tinsiehom u twarrabhomBħal xi ħadd li jinsa dak li jkun ħolom meta jqum. 21  Jien kelli qalbi sewdaU* kont muġugħ ħafna. 22  Ma kontx qed nirraġuna u ma fhimtx sew;Għalik, jien kont qisni annimal li m’għandux sens. 23  Imma issa jien il-ħin kollu nistrieħ fuqek;Int żammejtni minn idi l-leminija. 24  Int tiggwidani bil-pariri tiegħek,U wara turini li tapprovani. 25  Min hemm iktar fis-sema li jistaʼ jgħinni? Sakemm għandi lilek ma nixtieq xejn iktar fuq l-art. 26  Ġismi u qalbi jistgħu jiddgħajfu,Imma Alla hu l-blata li nistaʼ niddependi minnu b’qalbi kollha. Hu s-sehem tiegħi għal dejjem. 27  Dawk li jżommu ’l bogħod minnek żgur li se jiġu fix-xejn. Int se teqred* lil kull min mhux leali lejk.* 28  Imma ngħid għalija, li nersaq qrib tiegħek hu taʼ benefiċċju. Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* jien lejk indur għall-protezzjoni,Biex inxandar dak kollu li int għamilt.

Noti taʼ taħt

Jew “li jiftaħru.”
Jew “Huma żaqqhom kbira.”
Jew “il-kburija hi l-ġiżirana tagħhom; Il-vjolenza hi l-libsa tagħhom.”
Letteralment “bil-ħxuna.”
Letteralment “il-poplu tiegħu.”
Letteralment “il-ġenerazzjoni tat-tfal tiegħek.”
Letteralment “U fil-kliewi.”
Letteralment “se ssikket.”
Jew “jaġixxi b’mod immorali billi jitilqek.”
Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”