Salm 74:1-23

  • Jitlob biex Alla jiftakar fil-poplu tiegħu

    • Ifakkar il-mod taʼ kif Alla salva (12-17)

    • “Ftakar fit-tgħajjir tal-għadu” (18)

Maskil.* Għanja t’Asaf. 74  Alla tagħna, għala warrabtna għal dejjem? Għala tirrabja ħafna kontra l-merħla li int kont tirgħa u tieħu ħsieb?   Ftakar fil-poplu* li int għażilt minn żmien twil ilu,It-tribù li int fdejt* bħala l-wirt tiegħek. Ftakar fil-Muntanja Sijon fejn int kont tgħix.   Mur fil-post li ġie ħerba għalkollox. L-għadu qered kulma kien hemm fil-post qaddis.   L-għedewwa tiegħek għajtu bil-ferħ fis-santwarju tiegħek.* Hemmhekk, huma poġġew is-sinjali tar-rebħa tagħhom stess.   Huma qishom irġiel li jużaw il-mannara biex iqaċċtu s-siġar tal-foresta.   Kissru t-tiżjin kollu bil-mannara u b’għodda tal-ħadid.   Huma taw in-nar is-santwarju tiegħek. Niġġsu u kissru t-tabernaklu li jonora lil ismek.   Huma u dawk li jiġu minnhom qalu f’qalbhom: “Aħna se naħarqu l-postijiet kollha tal-pajjiż fejn iqimu lil Alla.”   M’għadx hemm sinjali għalina li nistgħu naraw;M’għadx fadal profeta,U ħadd fostna ma jaf kemm se ddum din is-sitwazzjoni. 10  Alla tagħna, kemm se jdumu jgħajruk l-għedewwa? Se jibqgħu ma jurux rispett lejn ismek għal dejjem? 11  Għala qed iżżomm lura idek il-leminija? Ħu azzjoni għax l-għadu dalwaqt jeqridna. 12  Int ir-Re tiegħi minn żmien twil ilu,L-Alla li jsalva b’mod tal-għaġeb fuq l-art kollha. 13  Int ikkontrollajt il-baħar bis-saħħa tiegħek;Farrakt l-irjus tal-monstri tal-baħar. 14  Int farrakt ras* il-Levjatan;*Tajtu lin-nies li joqogħdu fid-deżert biex jikluh. 15  Int għamilt fetħiet fl-art għan-nixxigħat tal-ilma u l-widien;Nixxift ix-xmajjar li kienu dejjem bl-ilma. 16  Kemm il-ġurnata u kemm il-lejl huma tiegħek. Int għamilt id-dawl* u x-xemx. 17  Int għamilt limiti għall-art;Għamilt is-sajf u x-xitwa. 18  Ġeħova, ftakar fit-tgħajjir tal-għadu,Kif il-boloh jittrattaw lil ismek bla rispett. 19  Aħna bħal gamiema, tħalliniex f’idejn l-għedewwa tagħna li huma bħal annimali slavaġ. Tinsiex għal dejjem il-poplu maħqur tiegħek. 20  Ftakar fil-patt li għamilt magħna,Għax il-postijiet mudlama tal-art huma mimlijin b’nies li lesti jattakkaw. 21  Jalla l-maħqur ma jitlaqx iddiżappuntat. Jalla l-batut u l-fqir ifaħħru lil ismek. 22  Aġixxi Alla tagħna u agħmel ġustizzja. Ftakar kif il-boloh qed jgħajruk il-ġurnata kollha. 23  Tinsiex dak li qed jgħidu l-għedewwa tiegħek. L-għajjat taʼ dawk li jisfidawk dejjem qed jiżdied.

Noti taʼ taħt

Letteralment “fil-ġemgħa.”
Jew “fil-post tal-laqgħa tiegħek.”
Letteralment “l-irjus.”
Jew “id-dawwala.”