Salm 77:1-20

  • Jitlob fi żmien taʼ inkwiet

    • Jimmedita fuq dak li għamel Alla (11, 12)

    • ‘Min hu aqwa minnek, Alla tiegħi?’ (13)

Lid-direttur; fuq Ġedutun.* Għanja t’Asaf. 77  Jien se ngħajjat lil Alla għall-għajnuna,Lilu se ngħajjat, u hu se jismagħni.   Meta nkun inkwetat infittex lil Ġeħova. Billejl bqajt ngħolli jdejja lejh waqt li nitlob. Xejn ma jgħinni nħossni aħjar.*   Meta naħseb f’Alla, inħossni inkwetat;Inħossni ansjuż u dgħajjef.* (Sela)   Alla tiegħi, int ma tħallinix norqod;Jien imdejjaq u ma niflaħx nitkellem.   Jien naħseb dwar żmien twil ilu,Iż-żmien tal-passat.   Matul il-lejl, niftakar fl-għanja tiegħi;*Jien nimmedita fil-fond;Jien* nipprova nsib tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet:   Ġeħova se jwarrabna għal dejjem? Qatt se jerġaʼ jħenn għalina?   Se jerġaʼ jurina mħabba u lealtà?* Se jkun hemm xi ħadd mill-ġenerazzjonijiet li se jara l-wegħda tiegħu titwettaq?   Nesa Alla juri qalb tajba? Ġegħlitu r-rabja tiegħu jieqaf juri ħniena? (Sela) 10  Jien nibqaʼ ngħid: “Li jinkwetani huLi* l-Iktar Għoli qed iżomm lura milli jgħinna.” 11  Jien se niftakar dak li għamilt int, Jah;Jien se niftakar l-affarijiet mill-isbaħ li għamilt int żmien twil ilu. 12  Se nimmedita fuq dak kollu li għamilt,U naħseb dwar xogħol idejk. 13  Alla tiegħi, int taġixxi b’mod qaddis. Hemm xi alla li hu aqwa minnek, Alla tiegħi? 14  Int l-Alla l-veru li tagħmel affarijiet tal-għaġeb. Int urejt is-saħħa li għandek lin-nies. 15  Bis-saħħa tiegħek,* int ħlist* lill-poplu tiegħek,It-tfal taʼ Ġakobb u taʼ Ġużeppi. (Sela) 16  Alla tiegħi, l-ilmijiet rawk;L-ilmijiet rawk u qabadhom uġigħ kbir. U l-ilmijiet fondi bdew jitqallbu. 17  Niżlet ix-xita mis-sħab. Beda jriegħed mis-sħab iswed. Is-sajjetti tiegħek bdew ifaqqgħu maʼ kullimkien bħal vleġeġ. 18  Il-ħoss tar-ragħad tiegħek kien bħal taʼ roti taʼ karru;Is-sajjetti dawlu l-art kollha;L-art triegħdet u theżżet. 19  Int għamilt triq fil-baħar,Passaġġ fl-ilmijiet fondi;Imma ma ħallejtx passi warajk. 20  Int mexxejt lill-poplu tiegħek bħal merħlaPermezz taʼ Mosè u Aron.

Noti taʼ taħt

Jew “ma jfarraġ lil ruħi.”
Letteralment “l-ispirtu tiegħi ddgħajjef.”
Jew “fil-mużika tiegħi fuq il-kordi.”
Letteralment “L-ispirtu tiegħi.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “Li l-id il-leminija taʼ.”
Letteralment “B’idek.”
Letteralment “fdejt.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.