Salm 78:1-72

  • Kif Alla ħa ħsieb l-Iżraelin, u n-nuqqas taʼ fidi tagħhom

    • Għidu l-ġenerazzjonijiet li ġejjin (2-8)

    • ‘Ma kellhomx fidi f’Alla’ (22)

    • “Il-qamħ tas-sema” (24)

    • ‘Huma weġġgħu lill-Qaddis t’Iżrael’ (41)

    • Mill-Eġittu għall-Art Imwiegħda (43-55)

    • ‘Huma baqgħu jisfidaw lil Alla’ (56)

Maskil* t’Asaf. 78  Poplu tiegħi, ismaʼ l-liġi* tiegħi;Agħti kas* dak li se ngħid.   Se nkellimkom bi proverbju;Se ngħid ħaġa moħġaġa taʼ żmien twil ilu.   L-affarijiet li smajna u nafu bihom,Li missirijietna rrakkontawlna,   Mhux se naħbuhom mit-tfal tagħna. Se nirrakkontawhom lill-ġenerazzjoni li ġejjaL-affarijiet kbar li għamel Ġeħova bis-saħħa tiegħu,L-affarijiet mill-isbaħ li għamel.   Hu ta regola f’ĠakobbU għamel liġi f’Iżrael;Hu kkmanda lil missirijietnaBiex dawn l-affarijiet jgħiduhom lit-tfal tagħhom;   Ħalli l-ġenerazzjoni li jmiss,It-tfal li għad iridu jitwieldu, isiru jafu dwarhom. Imbagħad huma jirrakkontawhom lit-tfal tagħhom.   B’hekk huma jkunu jistgħu jafdaw f’Alla,U ma jinsewx dak li għamel,Imma jobdu l-kmandamenti tiegħu.   B’hekk, mhux se jkunu bħal missirijiethom,Ġenerazzjoni rasha iebsa u ribelluża,Ġenerazzjoni b’qalb indeċiża*U mhux leali lejn Alla.   L-Efrajmin kienu armati bil-qaws,Imma f’jum il-battalja rtiraw. 10  Huma ma żammewx mal-patt t’Alla,U m’obdewx il-Liġi tiegħu. 11  Ukoll, huma nsew dak li kien għamel,Il-mirakli li għamel quddiemhom. 12  Hu għamel mirakli quddiem missirijiethomFl-art tal-Eġittu, ir-reġjun taʼ Sogħan. 13  Hu fired il-baħar biex jgħaddu minnu,Għamel l-ilmijiet bħal ħajt. 14  Matul il-ġurnata mexxiehom permezz taʼ sħabaU matul il-lejl permezz tad-dawl tan-nar. 15  Fid-deżert, hu qasam il-blat,U tahom jixorbu sakemm xebgħu bħallikieku minn ilma fond. 16  Hu ħareġ ilmijiet minn xaqq fil-blatU dawn bdew ħerġin bħal xmajjar. 17  Iżda huma xorta baqgħu jidinbu kontrihBilli rribellaw kontra l-Iktar Għoli fid-deżert. 18  Huma sfidaw* lil Alla appostaBilli bdew jitolbu għal ikel li kienu qed jixxennqu għalih. 19  Għalhekk, huma bdew igergru kontra Alla,Billi qalu: “Kapaċi Alla jagħtina ikel fid-deżert?” 20  Hu ta daqqa fuq blataU ħareġ ħafna ilma. “Jistaʼ hu jagħtina l-ħobż ukoll,Jew jistaʼ jagħtina l-laħam?” 21  Meta Ġeħova semagħhom, hu rrabja ħafna. Hu attakka lil Ġakobb bin-narU rrabja bil-kbir kontra Iżrael 22  Għax ma kellhomx fidi fih;Ma fdawx fl-abbiltà tiegħu li jsalvahom. 23  Għalhekk, hu ta kmand lis-sema mimlija sħab,U fetaħ bibien is-sema. 24  Hu baqaʼ jibgħat xita taʼ manna biex jieklu;Tahom il-qamħ tas-sema. 25  In-nies kielu l-ħobż mis-sema;*Hu tahom biżżejjed biex jixbgħu. 26  Qajjem riħ mil-LvantU ġiegħel lir-riħ jonfoħ min-Nofsinhar permezz tal-qawwa tiegħu. 27  Hu bagħtilhom xita taʼ laħam daqs it-trab,Għasafar daqs ir-ramel taʼ xatt il-baħar. 28  Hu waqqagħhom qalb il-kampijiet tagħhom,Madwar it-tined kollha. 29  Huma kielu u ffangaw;Hu tahom dak li xtaqu. 30  Iżda huma xorta riedu iktar,U waqt li kienu għadhom bl-ikel f’ħalqhom, 31  Alla rrabja ħafna magħhom. Hu qatel l-iktar irġiel b’saħħithom;Qatel l-irġiel żgħażagħ t’Iżrael. 32  Minkejja dan, komplew jidinbu iktarU ma fdawx fl-affarijiet tal-għaġeb li rawh jagħmel. 33  Għalhekk, hu temm il-ħajja tagħhom bħal sempliċi nifs,U ġab gwaj fuqhom f’daqqa u mietu. 34  Imma kull darba li kien jibda joqtol ftit minnhom, huma kienu jfittxuh;Huma kienu jduru lura lejn Alla 35  U jiftakru li kien il-Blata tagħhom,U li l-Alla l-Iktar Għoli kien Dak li Ħelishom.* 36  Imma huma pprovaw iqarrqu bih bi kliemhomU jigdbulu. 37  Qalbhom ma kinitx leali lejh;U ma żammewx mal-patt li għamlu miegħu. 38  Imma hu kien ħanin;Kien jaħfer l-iżball tagħhom u ma jeqridhomx. Ħafna drabi żamm lura r-rabja tiegħuMinflok ma rrabja għalkollox. 39  Għax hu ftakar li huma sempliċi nies,Bħal riħ li jgħaddi u ma jerġax jiġi.* 40  Min jaf kemm-il darba rribellaw kontrih fix-xagħriU weġġgħuh fid-deżert! 41  Għal darba wara l-oħra, huma għaddew lil Alla minn prova,U weġġgħu* lill-Qaddis t’Iżrael. 42  Huma ma ftakrux fil-qawwa li għandu,*Nesew il-ġurnata li salvahom* mill-għadu, 43  Kif wera s-sinjali tiegħu fl-EġittuU l-mirakli li għamel fir-reġjun taʼ Sogħan. 44  Nesew kif biddel il-kanali tal-ilma tan-Nil f’demmĦalli ma jixorbux minnhom. 45  Hu bagħat fuqhom qtajjaʼ taʼ dubbien li joqros biex iġegħelhom ibatuU żrinġijiet biex jeqridhom. 46  Hu ta l-prodott tal-għelieqi tagħhom lill-ġurati mġewħin;Xogħol idejhom tah lill-qtajjaʼ tal-ġurati. 47  Hu qerdilhom id-dwieliU s-siġar tal-ġummajż* bis-silġ. 48  U bagħat is-silġ fuq l-annimali li jaħdmu bihomU laqat l-imrieħel tagħhom bis-sajjetti.* 49  Hu wera r-rabja, il-korla, u d-dagħdigħa tiegħu lejhom,U bagħtilhom anġli biex jaqilgħulhom l-inkwiet u l-ħsara. 50  Hu ma żammx lura r-rabja tiegħu. Ma żammx lura milli jikkastigahom,* imma qatilhom;Hu qatilhom bil-pesta. 51  Fl-aħħar, qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,L-ewwel uħud li twieldu fit-tined taʼ Ħam. 52  Imbagħad ħareġ lin-nies tiegħu mill-Eġittu,U ggwidahom bħal nagħaġ fid-deżert. 53  Hu mexxiehom u pproteġiehom,U huma ma beżgħux;Il-baħar għatta lill-għedewwa tagħhom. 54  Hu ħadhom fl-art li kien għażel,Ir-reġjun muntanjuż li ħa bil-qawwa tiegħu.* 55  Hu keċċa l-popli minn quddiemhom,Qassmilhom il-wirt li kien ġie mkejjel b’ħabel tal-kejl,U għen lit-tribujiet t’Iżrael jissetiljaw fi djarhom. 56  Imma huma baqgħu jisfidaw* lill-Alla l-Iktar Għoli u jirribellaw kontrih;Ma tawx kas it-tfakkiriet tiegħu. 57  Huma tbiegħdu minnu u kienu tradituri bħal missirijiethom. Bħal qaws laxk, ma kinux taʼ min jafdahom. 58  Huma komplew iweġġgħuh billi qiemu allat foloz fil-postijiet għall-qima,U ġegħluh jirrabja* ħafna bl-istatwi skolpiti li għamlu. 59  Alla ra dan u rrabja ħafna. Għalhekk, warrab lil Iżrael għalkollox. 60  Fl-aħħar abbanduna t-tabernaklu f’Silo,It-tinda li kien jgħix fiha fost il-bnedmin. 61  Hu ħalla l-għedewwa jieħdu l-ArkaLi kienet tirrappreżenta l-qawwa u l-glorja tiegħu. 62  Hu ħalla n-nies tiegħu jinqatlu bix-xabla,U rrabja ħafna mal-wirt tiegħu. 63  L-irġiel żgħażagħ tiegħu nħarqu bin-nar,U ma kienx hemm għanjiet tat-tieġ għan-nisa verġni.* 64  Il-qassisin tiegħu nqatlu bix-xabla,U n-nisa tagħhom ma bkewhomx. 65  Imbagħad Ġeħova bħallikieku qam mill-irqad,Bħal raġel b’saħħtu li jqum wara li jkun xorob l-inbid. 66  Imbagħad hu keċċa lill-għedewwa;Iddiżonorahom għal dejjem. 67  Hu warrab lil dawk li jiġu minn Ġużeppi;M’għażilx it-tribù t’Efrajm. 68  Imma għażel lit-tribù taʼ Ġuda,Il-Muntanja Sijon, li jħobb. 69  Hu għamel is-santwarju tiegħu sod bħas-sema,*Bħad-dinja li ħalaqha biex tibqaʼ għal dejjem. 70  Hu għażel lill-qaddej tiegħu DavidU ħadu minn qalb in-nagħaġ, 71  Minn qalb in-nagħaġ bil-frieħ. Hu għamlu ragħaj fuq Ġakobb, il-poplu tiegħu,U fuq Iżrael, il-wirt tiegħu. 72  Hu ħa ħsiebhom bħal ragħaj b’qalbu kollha,U mexxiehom bis-sengħa.

Noti taʼ taħt

Jew “l-istruzzjoni.”
Letteralment “Mejjel widintek għal.”
Letteralment “mhux ippreparata.”
Letteralment “għaddew minn prova.”
Letteralment “il-ħobż taʼ dawk b’saħħithom.”
Jew “Dak li Fdiehom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew forsi “Li l-ispirtu joħroġ u ma jerġax lura.”
Jew “nikktu.”
Letteralment “f’idu.”
Letteralment “fdiehom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Tip taʼ siġar tat-tin.
Jew forsi “b’deni qawwi.”
Jew “jikkastiga lil ruħhom.”
Letteralment “b’idu l-leminija.”
Letteralment “jgħaddu minn prova.”
Jew “jgħir.”
Letteralment “U l-verġni tiegħu ma ġewx imfaħħrin.”
Letteralment “Hu bena s-santwarju tiegħu bħall-għoljiet.”