Salm 82:1-8

  • Jitlob biex jagħmel ġudizzju ġust

    • Alla jiġġudika fost “l-allat” (1)

    • “Iddefendu lill-batut” (3)

    • “Intom allat” (6)

Għanja t’Asaf. 82  Alla qagħad fil-ġemgħa qaddisa;*Hu jiġġudika fost l-allat* u jgħid:   “Kemm se ddumu tiġġudikaw b’inġustizzjaU turu preferenzi mal-ħżiena? (Sela)   Iddefendu* lill-batut u lill-orfni.* Araw li ssir ġustizzja maʼ dawk li ma jistgħu jagħmlu xejn u dawk fil-bżonn.   Eħilsu lill-batuti u lill-foqra;Salvawhom mill-ħżiena.”   Huma* ma jafu xejn u lanqas jifhmu;Huma qed jimxu ’l hemm u ’l hawn fid-dlam;M’hemmx ġustizzja u m’hemmx rispett lejn il-liġi.   “Jien għedt, ‘Intom allat,*Intom kollha tfal tal-Iktar Għoli.   Imma intom se tmutu bħalma jmutu l-bnedmin;Intom se tmutu bħal kull mexxej ieħor!’”   Aġixxi Alla tiegħi u ġġudika lin-nies tal-art,Għax il-popli kollha huma tiegħek.

Noti taʼ taħt

Jew “fil-ġemgħa tad-Divin.”
Jew “dawk li qishom allat.”
Jew “Iġġudikaw.”
Letteralment “lil dawk bla missier.”
Jiġifieri “l-allat” li jissemmew fl-ewwel vers.
Jew “qiskom allat.”