Salm 84:1-12

  • Jixtieq imur fit-tabernaklu kbir t’Alla

    • Levita jixtieq li kien bħal għasfur (3)

    • “Ġurnata fil-btieħi tat-tempju tiegħek” (10)

    • ‘Alla bħal xemx u tarka’ (11)

Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. 84  Ġeħova tal-armati,Kemm hu sabiħ* it-tabernaklu kbir tiegħek!   B’qalbi kollha, jien* nixxennaqGħall-btieħi tat-tempju tiegħek, Ġeħova. Tant jien ħerqan li mmur hemm li għejejt. B’qalbi u b’saħħti kollha, jien se nkanta bil-ferħ quddiemek, l-Alla l-ħaj.   Anki l-għasafar isibu post fejn joqogħdu fit-tempju tiegħek. Il-ħuttafa tagħmel bejta biex tieħu ħsieb liż-żgħar tagħhaĦdejn l-artal kbir tiegħek, Ġeħova tal-armati,Ir-Re u l-Alla tiegħi!   Ferħanin huma dawk li jgħixu fit-tempju tiegħek! Huma jibqgħu jfaħħruk. (Sela)   Ferħanin huma dawk li s-saħħa tagħhom ġejja mingħandek,Li jixtiequ jkunu fit-toroq li jagħtu għat-tempju tiegħek.   Meta jgħaddu mill-Wied tal-Baka,*Huma jagħmluh post taʼ nixxigħat;U l-ewwel xita tbierku.*   Huma jibqgħu mexjin mingħajr ma jegħjew;Kull wieħed minnhom jidher quddiem Alla f’Sijon.   Alla Ġeħova tal-armati, ismaʼ t-talba tiegħi;Ismagħni Alla taʼ Ġakobb. (Sela)   Alla tagħna, int it-tarka tagħna.* Agħti kas il-magħżul* tiegħek. 10  Aħjar ġurnata fil-btieħi tat-tempju tiegħek milli elf xi mkien ieħor. Nippreferi noqgħod fuq l-għatba tad-dar tal-Alla tiegħiMilli ngħix fit-tined tal-ħżiena. 11  Għax Alla Ġeħova jiddi fuqna bħal xemx u jipproteġina bħal tarka;Hu jagħti l-approvazzjoni u l-glorja. Ġeħova mhux se jżomm lura xi ħaġa tajba minn dawk li huma bla ħtija. 12  Ferħan ikun min jafda fik, Ġeħova tal-armati.

Noti taʼ taħt

Jew “hu taʼ min iħobbu.”
Jew “ruħi.”
Jew “mill-wied xott fejn jikbru s-siġar tal-baka.”
Jew forsi “U l-istruttur jiġi mfaħħar.”
Jew forsi “agħti kas it-tarka tagħna.”
Letteralment “il-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.