Salm 93:1-5

  • It-tmexxija grandjuża taʼ Ġeħova

    • “Ġeħova sar Re!” (1)

    • “It-tfakkiriet tiegħek huma taʼ min jafdahom” (5)

93  Ġeħova sar Re! Il-qawwa kbira tiegħu hi bħal ħwejjeġ sbieħ;Ġeħova hu b’saħħtu ħafna.* Hu jilbes is-saħħa bħal ċinturin. L-art li għamel hi soda;Ma tistax tiċċaqlaq.*   Is-saltna* tiegħek ilha soda minn żmien twil ilu;Int minn dejjem eżistejt.   Ix-xmajjar għollew leħinhom, Ġeħova,Ix-xmajjar għamlu ħoss kbir;Ix-xmajjar ikomplu jagħmlu iktar ħoss.   Imma int, Ġeħova li qiegħed fis-sema,Int iktar b’saħħtek mill-ħoss taʼ ilmijiet fondi,U iktar b’saħħtek mill-mewġ qawwi tal-baħar.   It-tfakkiriet tiegħek huma taʼ min jafdahom. Ġeħova, id-dar tiegħek hi* sabiħa u qaddisa l-ħin kollu.

Noti taʼ taħt

Letteralment “imlibbes bis-saħħa.”
Jew “titriegħed.”
Jew “It-tron.”
Jew “jixirqilha li tkun.”