Salm 95:1-11

  • Il-qima vera u l-ubbidjenza jmorru id f’id

    • “Mank tisimgħu minnu llum!” (7)

    • “Twebbsux raskom” (8)

    • “Huma mhux se jidħlu fil-mistrieħ tiegħi” (11)

95  Ejjew ngħajtu bil-ferħ lil Ġeħova! Ejja ngħajtu bil-ferħ u nfaħħru lill-Blata tagħna li ssalvana.   Ejja mmorru quddiemu u nirringrazzjawh;Ejja ngħajtu bil-ferħ u nfaħħruh bil-kant.   Għax Ġeħova hu Alla kbir,Re kbir fuq l-allat l-oħrajn kollha.   Hu għandu kontroll fuq l-art kollha,Mill-iktar parti fonda sal-qċaċet tal-muntanji.   Il-baħar li għamel hu tiegħu,U b’idejh ifforma l-art.   Ejja nqimuh u mmilu quddiemu;Ejja ninżlu għarkopptejna quddiem Ġeħova, Dak li Għamilna.   Għax hu l-Alla tagħna, u aħna l-poplu tiegħu. Hu jieħu ħsiebna bħal merħla nagħaġ. Mank tisimgħu minnu llum! Hu qal:   “Twebbsux raskom bħalma għamlu missirijietkom f’Meriba,*Bħalma għamlu fid-deżert taʼ Massah,*   Meta għaddewni minn prova;Huma sfidawni, minkejja li kienu raw dak li għamilt. 10  Għal 40 sena ħassejt mibegħda lejn din il-ġenerazzjoni, u għedt: ‘Dawn in-nies huma rashom iebsa u dejjem jagħmlu li tixtieq qalbhom;Huma ma jobdux dak li ngħidilhom.’ 11  Għalhekk ħlift waqt li kont irrabjat: ‘Huma mhux se jidħlu fil-mistrieħ tiegħi.’”

Noti taʼ taħt

Ifisser “Argumenti.”
Ifisser “Għaddew minn Prova; Prova.”