Sabu Xi Ħaġa Aħjar
MILJUNI taʼ Kristjani għażlu ma jiċċelebrawx il-Milied. Huma kif iħossuhom? Huma u t-tfal tagħhom iħossu li qed jitilfu xi ħaġa? Ara x’jgħidu x-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja.
Jiftakru f’Ġesù: “Qabel sirt Xhud taʼ Ġeħova, bilkemm kont immur il-knisja. Jekk immur, kien ikun fil-Milied jew l-Għid. U anki f’dawk iż-żminijiet ma kontx naħseb f’Ġesù. Jien m’għadniex niċċelebra l-Milied, imma darbtejn fil-ġimgħa mmur il-laqgħat Kristjani u ngħallem lil oħrajn dwar Ġesù mill-Bibbja!”—EVE, L-AWSTRALJA.
Jieħdu pjaċir jagħtu lil oħrajn: “Jien nieħu pjaċir meta n-nies ituni rigal meta ma nkunx qed nistennieh. Jien nieħu pjaċir nagħmel il-cards u npinġi l-istampi biex intihom lil oħrajn. Dan jagħmilhom ferħanin u anki lili.”—REUBEN, L-IRLANDA TAʼ FUQ.
Jgħinu lil min għandu bżonn: “Aħna nieħdu pjaċir insajru lin-nies li ma jifilħux. Ġieli niħdulhom il-fjuri, kejk, jew rigal żgħir biex nagħmluhom ferħanin. Aħna nieħdu pjaċir għax nistgħu ngħinuhom is-sena kollha.”—EMILY, L-AWSTRALJA.
Iqattgħu iżjed ħin mal-familja: “Meta l-familja tiltaqaʼ flimkien, it-tfal jieħdu pjaċir ikunu maz-zijiet, in-nanniet, u l-kuġini. Peress li ma niltaqgħux f’ċerti ġranet biss, aħna ma nħossuniex stressjati, u l-familja jafu li aħna mmorru narawhom għax inħobbuhom.”—WENDY, IL-GŻEJJER CAYMAN.
Għandhom il-paċi: “Fi żmien il-Milied, tant ikun hemm x’tagħmel li ftit nies jaħsbu dwar il-paċi. Jien inħossni fil-paċi għax tgħallimt xi twiegħed il-Bibbja għan-nies. Jien naf li t-tfal tiegħi se jkollhom futur sabiħ.”—SANDRA, SPANJA.