Anzjani
L-anzjani fil-kongregazzjoni liema kwalitajiet għandu jkollhom?
F’liema affarijiet oħra l-anzjani tajjeb li jkunu taʼ eżempju?
Mt 28:19, 20; Ga 5:22, 23; 6:1; Ef 5:28; 6:4; 1Ti 4:15; 2Ti 1:14; Tit 2:12, 14; Lh 10:24, 25; 1Pt 3:13
Il-qaddejja ministerjali liema kwalitajiet għandu jkollhom?
Għala nistgħu ngħidu li l-anzjani jirċievu l-inkarigu tagħhom permezz tal-ispirtu qaddis?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
At 13:2-5; 14:23—Pawlu u Barnaba, li kienu indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet, inkarigaw anzjani f’diversi kongregazzjonijiet. Illum l-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet jagħmlu l-istess, jitolbu għall-ispirtu qaddis u jaraw il-kwalitajiet li l-Bibbja ssemmi biex ħu jkun jistaʼ jaqdi bħala anzjan
-
Tit 1:1, 5—Titu vvjaġġa f’diversi kongregazzjonijiet biex jinkariga anzjani ġodda
-
Il-kongregazzjoni taʼ min hi u xi prezz ġie mħallas għaliha?
Il-Bibbja għala tgħid li l-anzjani huma qaddejja?
L-anzjani għala għandhom jibqgħu umli?
Flp 1:1; 2:5-8; 1Te 2:6-8; 1Pt 5:1-3, 5, 6
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
At 20:17, 31-38—L-appostlu Pawlu fakkar lill-anzjani f’Efesu f’dak li kien għamel għalihom, u huma vera apprezzaw l-imħabba u l-interess tiegħu
-
Anzjan kif għandu jqis direzzjoni li tiġi mingħand “l-ilsir leali u għaqli”?
X’inhu l-aħjar mod kif l-anzjani jgħallmu lil oħrajn?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Ne 5:14-16—Il-Gvernatur Neħemija ma użax ħażin l-awtorità li kellu fuq in-nies t’Alla għax hu kellu rispett kbir lejn Ġeħova, tant li ċeda affarijiet li kien ħaqqu jieħu
-
Ġw 13:12-15—Bl-eżempju tiegħu, Ġesù għallem lid-dixxipli kif ikunu umli
-
Anzjan kif għandu jkun ragħaj li juri mħabba maʼ kull individwu fil-kongregazzjoni?
L-anzjani kif jistgħu jgħinu lil dawk li huma morda spiritwalment?
L-anzjani x’responsabbiltà għandhom meta jgħallmu?
1Ti 1:3-7; 2Ti 2:16-18; Tit 1:9
Ara wkoll 2Kor 11:2-4
L-anzjani għala għandhom joqogħdu attenti li fil-kongregazzjoni ma jkunx hemm min qed jagħmel affarijiet ħżiena u l-immoralità sesswali?
1Kor 5:1-5, 12, 13; Ġk 3:17; Ġd 3, 4; Ri 2:18, 20
Ara wkoll 1Ti 5:1, 2, 22
L-anzjani lil min għandhom jittrennjaw?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Mt 10:5-20—Ġesù ttrennja lit-12-il appostlu tiegħu qabel ma bagħathom jippritkaw
-
Lq 10:1-11—Ġesù spjega sew lis-70 dixxiplu x’għandhom jagħmlu qabel bagħathom jippritkaw
-
X’se jgħin lill-anzjani jieħdu ħsieb il-ħafna responsabbiltajiet li għandhom?
Ara wkoll Pr 3:5, 6
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
1Slt 3:9-12—Ir-Re Salamun talab lil Ġeħova għall-għerf u biex jifhem kif għandu jiġġudika l-poplu tiegħu
-
2Kro 19:4-7—Ir-Re Ġeħosafat inkariga mħallfin fil-bliet taʼ Ġuda u fakkarhom li Ġeħova se jgħinhom jagħmlu r-responsabbiltajiet importanti tagħhom b’mod tajjeb
-
L-aħwa kif għandhom jittrattaw lill-anzjani?
1Te 5:12, 13; 1Ti 5:17; Lh 13:7, 17
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
At 20:37—L-anzjani t’Efesu ma ddejqux juru li jħobbu lill-appostlu Pawlu
-
At 28:14-16—Meta l-appostlu Pawlu vvjaġġa lejn Ruma, aħwa minn hemmhekk ivvjaġġaw 65 kilometru biex jiltaqgħu miegħu fis-Suq t’Appju ħalli jinkuraġġuh
-