Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 59

Lil Alla Aħna Dedikati!

Lil Alla Aħna Dedikati!

(Mattew 16:24)

1. Permezz taʼ Ġeħova rsaqna qrib lejn Ġesù

Biex dixxipli nsiru u nsegwuh.

Mit-tron t’Alla fis-smewwiet,

B’dawl il-verità iddiet.

F’qalbna l-fidi żgur tqawwiet;

U tagħna se niċħdu l-ħajjiet.

(KOR)

Id-dedikazzjoni ’l Alla Minn qalbna ntuh.

Jagħtuna ferħ Hu w Ibnu: dan ngħożżuh.

2. Nistqarru quddiem Ġeħova permezz tat-talb

Li se naqdu lilu żgur mill-qalb.

Le, m’hemmx ferħ li jisboq dan;

Aħna xhieda tas-Sovran.

Dal-ferħ naqsmu b’mod kotran,

Inxandru dwar tas-Saltna l-għan.

(KOR)

Id-dedikazzjoni ’l Alla Minn qalbna ntuh.

Jagħtuna ferħ Hu w Ibnu: dan ngħożżuh.