Għanja 137
Għinna nxandru bil-qlubija
Niżżel:
-
Meta nxandru dwar is-Saltna,
Waqt li nfaħħru ’l ismek kbir,
Spiss insibu ’l min jopponi
U jkellimna bi tmaqdir.
Min-nies nibżgħu m’għandna qatt,
Imma nobduk u nagħmlu l-qalb.
Nitolbuk tagħtina l-ispirtu;
O Jah, ismaʼ tagħna it-talb.
(KOR)
Għinna nxandru bil-qlubija;
Għinna negħlbu il-beżgħat.
U l-kuraġġ għinna ħa nrabbu
Ħalli nxandru lil kulħadd.
Armageddon toqrob kuljum,
Imma sa ma jasal dal-jum
Għinna nxandru bil-qlubija.
Dan nitolbuk.
-
Mit-trab taf li inti ħlaqtna;
Ġieli nkunu beżgħanin:
Inti twiegħed l-appoġġ tiegħek.
Minnek dejjem megħjunin.
Ismaʼ it-theddid taʼ dawk
Li ʼl-poplu tiegħek jobogħduh.
Għinna bil-qlubija inkomplu
’L ismek tant glorjuż inxandruh.
(KOR)
Għinna nxandru bil-qlubija;
Għinna negħlbu il-beżgħat.
U l-kuraġġ għinna ħa nrabbu
Ħalli nxandru lil kulħadd.
Armageddon toqrob kuljum,
Imma sa ma jasal dal-jum
Għinna nxandru bil-qlubija.
Dan nitolbuk.
(Ara wkoll l-1 Tess. 2:2; Ebr. 10:35.)