GĦANJA 130
Aħfer
-
1. Biex jifdina, Alla
Bagħ’t lil Ibnu mis-smewwiet,
B’hekk Hu l-mewt fix-xejn iġib żgur
U jaħfrilna id-dnubiet.
Hu se jagħti l-maħfra tiegħu
Jekk nedmin u jekk nobduh
Għax permezz tal-fidwa tiegħu
Maħfra f’ismu nitolbuh.
-
2. Nintwerew dil-ħniena
Jekk bħal Alla nagħmlu lkoll
U ’l xulxin bi mħabba naħfru,
Empatija nuru wkoll.
Dejjem nissaportu ’l ħutna,
Kliem taʼ wġigħ ma ngħidu qatt;
Rispett nuru ’l ħutna kollha,
Nuru mħabba l’hi bla għadd.
-
3. Hi virtù il-ħniena,
Ejjew din nikkultivaw.
Din se tbegħ’dna mis-suppervja,
Il-mibegħda nevitaw.
Lil Ġeħova rridu nixbhu
Għax imħabbtu ma tintemmx,
B’hekk ħa naħfru b’qalbna kollha,
Bħall-Missier li bħalu m’hemmx.
(Ara wkoll Mt. 6:12; Efes. 4:32; Kol. 3:13.)