GĦANJA 18
Grati għall-fidwa
-
1. Ġeħova llum qegħdin
quddiemek miġburin
Biex niftakru f’att taʼ mħabba
li wrejt mal-bnedmin.
Fuq l-art lil Ibnek bgħatt
biex tifdi kull uman.
Żgur ma stajtx tagħti sagrifiċċju
aħjar minn dan!
(RITORNELL)
Bi mħabba ħajtu lilna ta,
b’hekk ġab ħelsien ’l-umanità.
Minn qalbna grazzi
lilek ngħidu għall-eternità.
-
2. Is-sagrifiċċju t’Ibnek żgur
hu l-aqwa mezz,
U Ġesù tant kemm iħobbna
ħallsilna il-prezz.
Minn jeddu ħajtu ta;
il-mewt se jġib fi tmiem.
Ngħatajna tama għall-futur
mimli ferħ u sliem.
(RITORNELL)
Bi mħabba ħajtu lilna ta,
b’hekk ġab ħelsien ’l-umanità.
Minn qalbna grazzi
lilek ngħidu għall-eternità.
(Ara wkoll Ebr. 9:13, 14; 1 Pt. 1:18, 19.)