Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 55

Tibżgħux minnhom!

Tibżgħux minnhom!

(Mattew 10:28)

  1. 1. Ibqaʼ ħabrek, poplu tiegħi,

    Xandar dwar is-​Saltna mur;

    Tibżax mill-​għadu għajjur.

    Lill-​ġwejdin għid illi żgur

    Ibni Kristu Ġesù jsaltan,

    Lejn l-​art waddab lix-​Xitan,

    U dalwaqt se jorbtu sewwa

    Biex kulħadd isib serħan.

    (RITORNELL)

    Għeżież tiegħi, tibżgħux minnhom,

    Bil-​ftaħir ma jagħmlu xejn.

    Lil-​leali jien inħobbhom

    Daqs il-​mimmi tal-​għajnejn.

  2. 2. Għalkemm hemm ħafna għedewwa

    Li b’theddid u bit-​tgħajjir,

    Bit-​tbissim u bil-​ftaħir,

    U bil-​qerq jieħdu pjaċir.

    Poplu tiegħi tant leali,

    La tibżgħux mir-​rabja tfur,

    Għaliex miegħi inħaddankom

    Sa ma r-​rebħa tagħna tkun.

    (RITORNELL)

    Għeżież tiegħi, tibżgħux minnhom,

    Bil-​ftaħir ma jagħmlu xejn.

    Lil-​leali jien inħobbhom

    Daqs il-​mimmi tal-​għajnejn.

  3. 3. La qatt taħsbu li ninsiekom;

    Jien għalikom tarka w sur.

    Għalkemm wieħed jistaʼ jmut,

    Il-​mewt lili ċċedi żgur.

    Tibżgħux jekk joqtlu lill-​ġisem

    Bla ma jistgħu joqtlu r-​ruħ.

    Sat-​tmiem ibqgħu ferm leali

    U l-​għan tagħkom żgur tilħquh!

    (RITORNELL)

    Għeżież tiegħi, tibżgħux minnhom,

    Bil-​ftaħir ma jagħmlu xejn.

    Lil-​leali jien inħobbhom

    Daqs il-​mimmi tal-​għajnejn.