GĦANJA 64
Bil-ferħ nieħdu sehem fil-ħsad
-
1. Qed ngħixu fiż-żmien taʼ ħsad dinji
U ebda unur bħalu m’hemm.
L-għelieqi lkoll lesti quddiemna;
Bil-ħeġġa u b’ferħ nieħdu seh’m.
Ġesù huwa l-aqwa eżempju,
Fix-xogħ’l jiggwidana kuljum.
X’unur hu għalina li nieħdu seh’m
F’dax-xogħ’l importanti illum.
-
2. L-imħabba għan-nies u għal Alla
Tqanqalna biex nimxu ’l quddiem.
Urġenti li ngħallmu u nxandru
Għaliex qiegħed joqrob it-tmiem.
Il-ferħ li lkoll niksbu hu barka;
Din għotja mingħand Alla l-kbir.
Sakemm jintqalilna li x-xogħ’l hu lest
Nirsistu ilkoll fix-xandir.
(Ara wkoll Mt. 24:13; 1 Kor. 3:9; 2 Tim. 4:2.)