Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 69

Irsistu fl-ippritkar tas-Saltna!

Irsistu fl-ippritkar tas-Saltna!

(2 Timotju 4:5)

  1. 1. Ejjew ippritkaw dwar is-​Saltna

    Lin-​nies taʼ kull ġens u lsien.

    Bi mħabba mill-​qalb għinu ’l-​proxxmu,

    Iżommu lkoll sod sat-​tmiem.

    X’unur kbir li naqdu lil Alla!

    L-​aħbar naqsmu b’ferħ, b’mod żeluż.

    Servizz sħiħ agħtuh, ibqgħu xandru;

    U ixhdu dwar ismu glorjuż.

    (RITORNELL)

    Ejjew dwar is-​Saltna

    bil-​qlubija f’kull art nippritkaw.

    B’lealtà man-​naħa taʼ Ġeħova

    nibqgħu nistinkaw.

  2. 2. Ejjew nagħ’ġ oħrajn u fdal t’Alla,

    Nirsistu lkoll b’lealtà.

    Irġiel, nisa w tfal, bi ħsieb wieħed

    Qed jimxu mal-​verità.

    L-​aħbar tajba li qrib hi s-​Saltna

    Jeħtieġ li jismagħha kulħadd.

    Ġeħova jsaħħaħna ħa nxandru,

    Bih magħna żgur ma nibżgħu qatt.

    (RITORNELL)

    Ejjew dwar is-​Saltna

    bil-​qlubija f’kull art nippritkaw.

    B’lealtà man-​naħa taʼ Ġeħova

    nibqgħu nistinkaw.