GĦANJA 70
Fittxu lil min jistħoqqlu
-
1. Uriena is-Sid kif tas-Saltna l-aħbar
Ngħallmuha u kif nippritkaw:
‘Ħa tfittxu n-nies li jistħoqqilhom u ’l dawk
Li il-bżonn spiritwali jaraw.
Issellmu ’l tad-dar, tixtiqulu is-sliem;
U b’hekk forsi tagħtuh sliem divin.
Jekk kliemkom jinjora imbagħ’d farfru t-trab
Minn saqajkom kif tkunu ħerġin.’
-
2. Min lilek se jilqaʼ lis-Sid jilqaʼ wkoll.
Mill-qalb ’l Alla dawn jaċċettaw.
Jekk xierqa ħarsithom lejn ħajja bla tmiem,
Magħna ’l Alla dawn se jaduraw.
Ansjuż qatt tkun dwar kif titkellem, x’se tgħid;
Żgur se jgħinek Ġeħova fil-ħin.
Jekk twieġeb bi kliem ħelu, mħawwar bil-melħ,
Tmiss il-qalb taʼ dawk umli w ġwejdin.
(Ara wkoll Atti 13:48; 16:14; Kol. 4:6.)